Category: Sport Updates

Bormla jirbħu ż-żewġ kategoriji

sportmt March 31, 2017 0

Bormla jirbħu ż-żewġ Kategoriji

Il-Kategorija Open bi 88 punt
Il-Kategorija B bi 72 punti

 

Malta Futsal Association

sportmt October 19, 2016 0

Intlaħaq ftehim bejn l-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians u l-Malta Futsal Association, liema ftehim intlaħaq bl-intervent tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius.

pr162300b

Il-kuntratt ta’ tliet snin li kellha l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futsal mal-istess Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians skada fi tmiem l-aħħar staġun u ż-żewġ partijiet ma kienux qablu sabiex l-istess kuntratt jerġa’ jiġġedded.  Kien għalhekk li l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futsal, anke bl-għajnuna tas-Segretarju Parlamentari Agius u SportMalta, pruvaw isibu faċilità alternattiva, liema tentattivi ma nltaħqux, bl-unika alternattiva jibqa’ l-padiljun tal-Hibernians f’Kordin.

pr162300c

B’rieda tajba mill-partijiet kollha ġie mfassal kuntratt ġdid, bi klawżoli ġodda, u ntlaħaq ftehim bl-istess timijiet ta’ Hibernians ikollhom ifittxu faċilitajiet alternattivi għat-taħriġ tal-basketball.  Il-kuntratt attwali jorbot liż-żewġ partijiet għal tliet snin.  Tajjeb wieħed isemmi li l-logħob tal-istaġun 2016/17 ser jkun fil-padiljun ta’ Kordin u fil-Kulleġġ De La Salle fil-Birgu imbagħad il-kampjonat 2017/18 ser jintlagħab kollu fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin.

pr162300d

L-ewwel impenn għal dan l-istaġun tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futsal tkun is-Super Cup bejn Valletta u Luxol li tintlagħab fil-11 ta’ Novembru.

 

Intant il-Gvern huwa impenjat sabiex fiż-żmien li ġej anke l-Futsal ikollu l-faċilità tiegħu.

 

 

Il-Marsa jirbħu r-Regatta tradizzjonali ta’ Jum il-Vitorja.  Bormla jirbħu Kategorija B.

sportmt September 8, 2016 0

Id-distrett tal-Marsa rebaħ ir-regatta ta’ Jum il-Vitorja wara li għeleb il-kompetizzjoni mid-distrett tal-Isla, bl-aħħar tellieqa tkun dik deċiziva.  Il-Marsa spiċċaw il-ħames tiġrijiet b ‘total ta’ 64 punt, bl-Isla jispiċċaw b’46 punt.  Fit-tielet post spiċċa d-distrett ta’ Bormla bi 28 punt.  Warajhom Marsamxett b’16-il punt, il-Birgu b’14-il punt u id-distrett ta’ Birżebbuga b’4 punti.

Id-distrett tal-Marsa spiċċa fl-ewwel post fi tliet itlielaq dik tad-dgħajjes A tal-midalji, u iż-żewgt itlielaq tad-dgħajjes C tal-pass kemm b’żewħ qaddiefa u anke b’4 qaddiefa.  Intant ma għamlu l-ebda pjazzament fiż-żewgt itlielaq tal-frejgatini u tal-kajjikki.

Id-distrett ta’ Bormla rebaħ kategorija B tar-regatta li saret illum.  Huma temmew il-ħames tigrijiet b’total ta’ 60 punt, erbgħa punti biss fuq id-distrett tal-Marsa li spiċċaw fit-tieni post b’56 punt.  Bid-distrett tal-Isla spiċċa fit-tielet post b’44 punt.  Il-Kalkara temmew din il-kategorija bi 8 punti filwaqt li l-Birgu spiċċaw b’total ta’ 4 punti.

pr161912b

Bormla dahlu l-ewwel fl-ewwel tigrija dik tad-dghajjes C tal-pass b’zewg qaddiefa u dghajjes A tal-midalji.  Filwaqt li spiccaw fit-tieni post fl-ahhar tigrija tad-dghajjes B tal-pass b’4 qaddiefa u it-tielet fit-tellieqa tal-kajjikki.  Bl-uniku tellieqa li ma jiehdu l ebda punt tkun dik tal frejgatini.

BORMLA JIRBĦU X-SHIELD

sportmt March 31, 2016 0

REGATTA 31 TA’ MARZU

 

Bormla huma r-rebbieħa tax-shield fil-Kategorija Open filwaqt li Birżebbuġa jirbħu il-Kategorija ‘B’

Simone Farina jattendi ghall-integrity football tour meeting organizzat mill-MFA

sportmt February 15, 2016 0

Il-mistieden ta’ SportMalta Awards Ghazliet Sportivi Nazzjonali Simone Farina kien il-mistieden tal-unur waqt laqgha mal-kowces tat-timijiet Nazzjonali tal-MFA.  Waqt din il-laqgha Farina tkellem dwar l-istorja tieghu filwaqt li ddiskuta l-match fixing ma’ dawk prezenti.

Indirizzaw lil dawk prezenti s-Segretarju Parlamentari Chris Agius li spjega kif il-Gvern u anke SportMalta qeghdin jaghtu sostenn shih lit-Task Force kontra l-korruzjoni li nediet sena ilu l-istess MFA.  l-Kap Ezekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar spjega kif intghazel Farina biex ikun il-mistiedem tal-unur ghal din l-attivita’ nazzjonali.

Kelliema ohra kienu l-vici president tal-MFA Chris Bonett u l-integrity officer Franz Tabone.  B’dan tal-ahhar jaghti prezentazzjoni ddettaljata dwar dak li aed taghmel l-assocjazzjoni u dak li qed jinbuttaw kemm il-UEFA u anke l-FIFA.

Iktar ritratti