B’riÅžultat ta’ ftehim bejn SportMalta fi ħdan il-Ministeru għall-InkluÅžjoni u l-Kwalità tal-ÄĶajja u l-Kunsill Lokali ta’ ÄĶal Luqa, il-komunità ta’ ÄĶal FarruÄĄ, li tifforma parti mil-lokalità ta’ ÄĶal Luqa u li fiha joqogħdu 580 resident, se tkun tista’ tagħmel uÅžu mill-faÄilitajiet għall-eÅžerÄizzji fiÅžiÄi li SportMalta għandha f’Ta’ Kandja. L-uÅžu ta’ dawn il-faÄilitajiet se jkun mingħajr ħlas u se jkunu eliÄĄibbli għalih persuni li l-età tagħhom hija minn 16-il sena ‘l fuq.
Il-Ministru għall-InkluÅžjoni u l-Kwalità tal-ÄĶajja Julia Farrugia Portelli, li kienet preÅženti għall-iffirmar tal-ftehim, iddeskrivietu bħala investiment ieħor li se jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. âHuma diversi l-fatturi li jikkontribwixxu għal x’livell ta’ kwalità ta’ ħajja jkun qed jgħix il-poplu. Ekonomija soda, servizzi edukattivi u ta’ saħħa, drittijiet Äivili, servizzi soÄjali, u servizzi u benefiÄÄji lil persuni b’diÅžabilità huma fost dawn il-fatturi, u li Äertament li l-gvern ta aktar minn prova waħda ta’ kemm mexxa lill-pajjiÅž ‘il quddiem fihom. Xjentifikament u medikament, hu stabbilit li eÅžerÄizzju fiÅžiku hu kruÄjali għall-benesseri tal-individwu. Qed naħsbu għal dan ukoll. Tista’ tgħid li għandna faÄilitajiet sportivi f’kull belt u raħal u qegħdin niÅžviluppaw il-kunÄett li nipprovdu apparat għall-eÅžerÄizzi fiÅžiÄi fil-miftuħ b’kordinazzjoni mal-kunsilli lokali u SportMalta biex ikun jista’ jintuÅža mir-residenti tal-lokalità .”
Il-Ministru Farrugia Portelli Åžiedet tgħid li, âQegħdin inkomplu niÅžviluppaw il-kunÄett li jittejbu l-attivitajiet sportivi u fiÅžiÄi fil-komunitajiet, bħalma huwa l-ftehim bejn SportMalta u l-Kunsill Lokali ta’ ÄĶal Luqa, li apparti li huma utli ħafna biex dak li jkun iÅžomm ruħu f’saħħtu, fl-istess ħin iservu wkoll ta’ rilassament mentali, rilassament li jirrendi kwalità ta’ ħajja aħjar. Il-komunità ta’ ÄĶal FarruÄĄ se tkun tista’ tibbenefika mill-faÄilitajiet għall-eÅžerÄizzji fiÅžiÄi li SportMalta għandha f’Ta’ Kandja.”

Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima rrimarka kif ÄĄimgħa wara oħra, permezz tal-proÄĄetti sportivi fil-komunità , il-gvern qiegħed ikompli juri kemm verament irid itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti. Is-Segretarju Parlamentari qal li, âL-għan ħolistiku ta’ dawn il-proÄĄetti komunitarji u sportivi huwa li l-poplu jintegra ma’ xulxin filwaqt li jsib ħin biex jeÅžerÄita ruħu u jÅžomm ruħu attiv kemm jista’ jkun”.
Is-Segretarju Parlamentari Åžied jgħid li, bl-għajnuna tal-kunsill lokali flimkien mar-rieda tal-gvern u SportMalta, aktar nies qed jibbenifikaw minn attivitajiet sportivi bla ħlas biex ikollna poplu b’saħħtu.
IÄ-Chairman ta’ SportMalta Luciano Busuttil qal li SportMalta dejjem tfittex mezzi differenti sabiex tilħaq aktar nies biex jagħmlu attività fiÅžika. Huwa qal li SportMalta akkwistat dan l-apparat għal attivitajiet tal-Ä imgħa Ewropea tal-Isport u poÄĄÄĄiet dan l-apparat għad-dispoÅžizzjoni permanenti tal-pubbliku sabiex jitgawda s-sena kollha.
Is-Sindku ta’ ÄĶal Luqa John Schembri saħaq li din l-inizjattiva hi waħda poÅžittiva li se tkun qed tagħti opportunità lir-residenti ta’ ÄĶal FarruÄĄ biex jagħmlu uÅžu minn din il-faÄilità bla ħlas. Is-Sindku ħeÄĄÄĄeÄĄ lir-residenti ta’ ÄĶal FarruÄĄ sabiex japplikaw għall-sħubija mill-Kunsill Lokali.â

![]()
âFunded by the European Union. Views and opinions expressed are however those of the author(s) only and do not necessarily reflect those of the European Union. Neither the European Union nor the granting authority can be held responsible for them.â