Move 360 – proÄĄett pilota ta’ SportMalta

sportmt February 2, 2016 0

Move 360 huwa proÄĄett pilota ta’ SportMalta, bil-kollaborazzjoni tal-Health Promotion Unit, St James Capua Hospital u l-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS).  L-għan ta’ dan il-poÄĄett pilota huwa li trawwem f’dawn it-tfal id-drawwa li jieklu tajjeb u li jagħmlu attivita’ fiÅžika iktar min-normal.  Madanakollu Move 360 jmur lil hinn minn hekk, għaliex ser ikun qiegħed jagħmel paragun ma’ tfal oħrajn li mhux qed isegwu l-programm biex eventwalment isir magħruf jekk il-proÄĄett pilota kienx effettiv u jekk laħaqx l-objettiv impost.

L-isem ta’ dan il-proÄĄett pilota kien imnebbaħ fuq it-tema li t-tfal ser jkunu qed jagħmlu 360 minuta t’eÅžerċizzju iÅžjed fil-ÄĄimgħa. Dan il-programm qed jieħu ħsieb lit-tfal fi tlett oqsma tal-ħajja tagħhom; l-ikel, l-eÅžerċizzju u l-lat akkademiku.  Il-proÄĄett huwa mifrux fuq medda ta’ sitt xhur, f’liema perjodu ta’ Åžmien it-tfal ser ikunu taħt osservazzjoni.  Filfatt qabel beda dan il-proÄĄett it-tfal ÄĄew eÅžaminati minn speċjalisti u dawn ser jibqgħu jkunu osservati tul il-proċess kollu.  Minbarra dan, it-tfal ser ikollhom ukoll appuntament regolari ma’ dentisti mill-Isptar Mater Dei.

12592419_872959906158207_2089096940267563396_n

F’dan il-proÄĄett pilota qed jipparteċipaw l-istudenti tal-ħames klassi ta’ tlett kulleÄĄÄĄi; Santa Margerita, San Benedittu u San Ä orÄĄ Preca.  Matul l-ewwel faÅži ta’ dan il-proÄĄett, saru diskussjonijiet mal-WHO fejn ÄĄie determinat liema gruppi ta’ tfal għandhom jiÄĄu segwiti.

It-tfal tal-KulleÄĄÄĄ Santa Margerita qed jattendu darbtejn fil-ÄĄimgħa wara l-ħin tal-iskola sal-5.30pm.   It-tfal qed ikunu miÄĄbura, permezz ta’ trasport provdut mill-proÄĄett, minn kull skola u meħudha l-Kumpless ta’ SportMalta fil-Kottonera u lura lejn id-dar wara li jispiċċaw is-sessjonijiet.  Waqt li jkunu fil-Kumpless, it-tfal qed jippreparaw l-ikel, jieklu, jagħmlu x-xogħol tal-iskola u fuq kollox jagħmlu attivita’ fiÅžika.  It-tfal li huma 25 b’taħlita ta’ subien u bniet mill-Iskejjel tal-Birgu, Bormla, Isla, Kalkara u Xgħajra qed ikunu mgħejuna minn għalliema, Learning Support Assistants u għalliema tal-edukazzjoni fiÅžika.

Intant Move 360 qed joffri programm speċifiku ta’ attivita fiÅžika wara l-ħin tal-iskola għat-tfal tal-KulleÄĄÄĄ San Benedittu.  L-għan ta’ dan il-programm huwa li dawn it-tfal iÅžidu l-attivita’ fiÅžika f’ħajjithom u b’hekk ikunu aktar b’saħħithom, billi jibqgħu għall-attivitajiet sportivi fir-raħal tagħhom.

12661782_872960319491499_3861255018542397478_n

Indirizza lil dawk preÅženti, l-Kap EÅžekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar li spjega kif dan il-proÄĄett pilota qed jkun offrut b’xejn għas-sitt xhur li ÄĄejjin grazzi għall-ħidma u s-sostenn ta’ bosta entitajiet li qed jaħdmu flimkien ma’ SportMalta.  Huwa semma kif dan il-programm jara li jagħti l-ħiliet neċessarji lill-parteċipanti wara l-ÄĄurnata tal-iskola, filwaqt li fakkar li SportMalta ser tkun qed tippreÅženta s-sejbiet tagħha fl-aħħar tal-proÄĄett pilota lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u tul il-Presidenza tal-EU, bil-ħsieb li tkun mifruxa fuq il-pajjiÅž kollu.

Il-Ministru għax-xogħol u l-edukazzjoni Evarist Bartolo semma kif dan il-proÄĄett huwa xempju ta’ prattika tajba li qed iÄĄib flimkien is-settur privat flimkien mas-servizzi tal-gvern.  Huwa kompla jgħid li dan il-proÄĄett pilota qed jkun ta’ ÄĄid għal dawn l-istudenti, filwaqt li jara li l-iÅžvantaÄĄÄĄ soċjali li uħud minnhom jiffaċċjaw ma jkunx Åžvantagg tul il-ħajja kollha.  Huwa temm jgħid li qed jispera li s-sejbiet wara sitt xhur ikunu poÅžittivi u jkun jista’ jestendi dan il-proÄĄett fuq il-bqija tal-pajjiÅž.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, Åž-ÅŧgħaÅžagħ u l-Isport Chris Agius li spjega kif bl-għaqal SportMalta kull ma jmur qed tiÄĄÄĄedded u tvarja inizzjattivi innovattivi varji.

PreÅženti wkoll iċ-Ċermen ta’ SportMalta Luciano Busuttil u bosta rapreÅžentanti tal-entitajiet imsieħba f’dan il-proÄĄett fosthom Benna Dairy Products Ltd,  Frott Artna,  Miller Distributors Ltd u Mater Dei Dentistry Department.

“Funded by the European Union. Views and opinions expressed are however those of the author(s) only and do not necessarily reflect those of the European Union. Neither the European Union nor the granting authority can be held responsible for them.”