Il-Ħamis wara nofsinhar ir-rebbieħa tad-59 edizzjoni ta’ l-iSportivi Nazzjonali kienu mistiedna l-Palazz San Anton sabiex jiġu ppreżentati lill-E.T. il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.
Jakkumpanjaw lil dawn l-atleti kien hemmis-Segretarju Parlamentari għaż-Żagħżagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat l-Onorevoli Clifton Grimaic-Chairman tal-Kumitat Organiżattiv u Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar kif ukoll il-President u s-Segretarju Ġenerali ta’ l-Għaqda Ġurnalisti Sport Sandro Micallef u Lorraine Cunningham.Preżenti wkoll għal din il-laqgħa kordjali kien hemm l-kelliem għall-Oppożizzjoni għall-iSport l-Onorevoli Ryan Callus.
Mark Cutajar li huwa ukoll il-kap Ezekuttiv ta` SportMalta irringrazzja lil President u fakkarha fil-hames snin ta` hidma li SportMalta u l-Ufficju tal-President kellhom flimkien. Semma is-success wiehed wara l-iehor fil-Fun Run li irnexxielha tigbor sommom rekord sena wara sena. Mhux hekk biss izda SportMalta ospitat fil-Kumpless ta’ Hal Kirkop l-Istrina. Huwa qal li huwa ta’pjacir li l-ambaxxaturi ta` l-Isport Malti gew hawnhekk fi simbolu tar-Repubblika Maltija.
Sandro Micallef irringrazzjaw lil-President talli sabet il-ħin li tiltaqa ma’ dawn ir-rebbieħa li onoraw lil Malta bis-suċċessi sportivi tagħhom u li l-akkwisti tagħhom kienu rikonoxxuti bl-unuri li rebħu waqt is-serata finali ta’ l-iSportivi Nazzjonali.
L-atleti prezenti kienu Brian Galea, Eleonor Bezzina, Fabio Spiteri, Sara Xuereb, Matthew Bugeja, Fiona Ellul Bonnici, Pierre Montebello f’isem il-Malta Shooting Federation u Roderick Vella f’isem it-tim Nazzjonali tal-Baskitbol.
Related Posts
#BeActiveAtHome Campaign is now on TV
Daily videos with fitness tips from our #OnTheMove Coaches is now being aired on a daily basis on television. But here are the...
Simone Farina jattendi ghall-integrity football tour meeting organizzat mill-MFA
Il-mistieden ta’ SportMalta Awards Ghazliet Sportivi Nazzjonali Simone Farina kien il-mistieden tal-unur waqt laqgha...