Id-distrett tal-Marsa rebaħ ir-regatta ta’ Jum il-Vitorja wara li għeleb il-kompetizzjoni mid-distrett tal-Isla, bl-aħħar tellieqa tkun dik deċiziva. Il-Marsa spiċċaw il-ħames tiġrijiet b ‘total ta’ 64 punt, bl-Isla jispiċċaw b’46 punt. Fit-tielet post spiċċa d-distrett ta’ Bormla bi 28 punt. Warajhom Marsamxett b’16-il punt, il-Birgu b’14-il punt u id-distrett ta’ Birżebbuga b’4 punti.
Id-distrett tal-Marsa spiċċa fl-ewwel post fi tliet itlielaq dik tad-dgħajjes A tal-midalji, u iż-żewgt itlielaq tad-dgħajjes C tal-pass kemm b’żewħ qaddiefa u anke b’4 qaddiefa. Intant ma għamlu l-ebda pjazzament fiż-żewgt itlielaq tal-frejgatini u tal-kajjikki.
Id-distrett ta’ Bormla rebaħ kategorija B tar-regatta li saret illum. Huma temmew il-ħames tigrijiet b’total ta’ 60 punt, erbgħa punti biss fuq id-distrett tal-Marsa li spiċċaw fit-tieni post b’56 punt. Bid-distrett tal-Isla spiċċa fit-tielet post b’44 punt. Il-Kalkara temmew din il-kategorija bi 8 punti filwaqt li l-Birgu spiċċaw b’total ta’ 4 punti.
Bormla dahlu l-ewwel fl-ewwel tigrija dik tad-dghajjes C tal-pass b’zewg qaddiefa u dghajjes A tal-midalji. Filwaqt li spiccaw fit-tieni post fl-ahhar tigrija tad-dghajjes B tal-pass b’4 qaddiefa u it-tielet fit-tellieqa tal-kajjikki. Bl-uniku tellieqa li ma jiehdu l ebda punt tkun dik tal frejgatini.
“Funded by the European Union. Views and opinions expressed are however those of the author(s) only and do not necessarily reflect those of the European Union. Neither the European Union nor the granting authority can be held responsible for them.”
Related Posts
Summer On the Move kicks off with a bang
A two month campaign promoting sport and physical education in all Maltese and Gozitan schools reached its climax as the...
Construction works at Cottonera Sport Complex Indoor Olympic size Pool
At the Cottonera Sports Complex work has is well underway, the project has now entered its third and final phase, following...