Jittellgħu l-poloz tar-Regatta taâ Jum il-Vitorja
Fil-jiem li għaddew fil-Ä nien tal-Gardjola l-Isla waqt konferenza tal-aħbarijiet, ttellgħu l-poloz tar-Regatta taâ Jum il-Vitorja. Il-Port il-Kbir għal darbâoħra ser joffri sfond għal din ir-regatta li fiha ser jieħdu sehem 7 distretti li huma: il-Birgu, BirÅžebbuÄĄa,  Bormla, l-Isla, il-Kalkara, il-Marsa u Marsamxett.  Huma jipparteÄipaw fâgħaxart itlielaq fâÅžewÄĄ kategoriji differenti; A u B. Din is-sena mistennija jieħdu sehem 120 qaddief li magħhom jiÅždiedu 25 sostitut li għandhom għan komuni, li huwa dak li jirbħu s-shield tar-regatta taâ Jum il-Vitorja.
Minbarra l-poloz tal-korsiji għall-10 itlielaq, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet indirizza lil dawk preÅženti, is-Segretarju Parlamentari għaÅž-ÅŧgħaÅžagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat, Dr Clifton Grima, li filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha involuti fir regatta, saħaq li âbħala gvern kommessi li nipprovdu l-għajnuna kollha neÄessarja fl-isport tar-regattaâ.
Is-Segretarju Parlamentari qal li âSportMalta tagħti âinputâ dirett fir-regatta nazzjonali billi tagħti l-għajnuna tagħha finanzjarjament biex isir dan l-avviniment, tieħu ħsieb il-loÄĄistika tar-regatta iÅžda tagħti awtonomija lill-Federazzjoni fir-rigward tat-tlielaq, tassisti lill-klabbs kollha b’assistenza finanzjarja biex jibnu dgħajsa kull klabb u kif ukoll fuq il-websajt ta’ SportMalta r-riÅžultati tar-regatta jiÄĄu traÅžmessi live.â
Tradizzjonalment, id-dgħajjes li jintuÅžaw huma frejgatini, kajjikki, dgħajjes tal-pass u tal-midalji.  Dawn id-dgħajjes huma esebizzjoni ħajja taâ sengħa li kull ma tmur qiegħda tintilef.  Dan għaliex dawn id-dgħajjes huma wkoll mibnija fâpajjiÅžna. OriÄĄinarjament, id-dgħajjes kienu tal-istess għamla bħal dawk li kienu jintuÅžaw fil-ħidma taâ kuljum mill-barklori, madanakollu maÅž-Åžmien saru xi modifikazzjonijiet sabiex dawn ikunu aktar utilizzati bħala dgħajjes tat-tlielaq.
Intant ir-Regatta taâ Jum il-Vitorja pjanata li tibda fis-1.00pm u l-pjazzament tal-korsiji ser ikun kif ÄĄej:
RACE | BIRGU | BIRZEBBUGA | BORMLA | ISLA | KALKARA | MARSA | MARSAMXETT |
KAT B
TAL-PASS ÅŧEWÄ IMQADEF |
3 | 5 | 7 | 4 | 2 | 6 | 1 |
KAT A
MIDALJI |
3 | 5 | 1 | 7 | 6 | 4 | 2 |
KAT B
KAJJIKK |
2 | 5 | 4 | 3 | 7 | 6 | 1 |
KAT A
FREJGATINI |
2 | 6 | 1 | 3 | 4 | 7 | 5 |
KAT B
MIDALJI |
7 | 1 | 3 | 2 | 6 | 4 | 5 |
KAT A
TAL-PASS ÅŧEWÄ IMQADEF |
2 | 5 | 6 | 7 | 3 | 4 | 1 |
KAT B
FREJGATINI |
5 | 1 | 4 | 3 | 7 | 6 | 2 |
KAT A
KAJJIKKI |
7 | 5 | 1 | 2 | 6 | 3 | 4 |
KAT B
TAL-PASS 4 IMQADEF |
5 | 3 | 2 | 6 | 1 | 4 | 7 |
KAT A
TAL-PASS 4 IMQADEF |
7 | 5 | 2 | 6 | 4 | 1 | 3 |
âFunded by the European Union. Views and opinions expressed are however those of the author(s) only and do not necessarily reflect those of the European Union. Neither the European Union nor the granting authority can be held responsible for them.â