Fil-jiem li għaddew fil-Ġnien tal-Gardjola l-Isla waqt konferenza tal-aħbarijiet, ttellgħu l-poloz tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja. Il-Port il-Kbir għal darb’oħra ser joffri sfond għal din ir-regatta li fiha ser jieħdu sehem 7 distretti li huma: il-Birgu, Birżebbuġa, Bormla, l-Isla, il-Kalkara, il-Marsa u Marsamxett. Huma jipparteċipaw f’għaxart itlielaq f’żewġ kategoriji differenti; A u B. Din is-sena mistennija jieħdu sehem 120 qaddief li magħhom jiżdiedu 25 sostitut li għandhom għan komuni, li huwa dak li jirbħu s-shield tar-regatta ta’ Jum il-Vitorja.
Minbarra l-poloz tal-korsiji għall-10 itlielaq, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet indirizza lil dawk preżenti, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat, Dr Clifton Grima, li filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha involuti fir regatta, saħaq li “bħala gvern kommessi li nipprovdu l-għajnuna kollha neċessarja fl-isport tar-regatta”.
Is-Segretarju Parlamentari qal li “SportMalta tagħti ‘input’ dirett fir-regatta nazzjonali billi tagħti l-għajnuna tagħha finanzjarjament biex isir dan l-avviniment, tieħu ħsieb il-loġistika tar-regatta iżda tagħti awtonomija lill-Federazzjoni fir-rigward tat-tlielaq, tassisti lill-klabbs kollha b’assistenza finanzjarja biex jibnu dgħajsa kull klabb u kif ukoll fuq il-websajt ta’ SportMalta r-riżultati tar-regatta jiġu trażmessi live.”
Tradizzjonalment, id-dgħajjes li jintużaw huma frejgatini, kajjikki, dgħajjes tal-pass u tal-midalji. Dawn id-dgħajjes huma esebizzjoni ħajja ta’ sengħa li kull ma tmur qiegħda tintilef. Dan għaliex dawn id-dgħajjes huma wkoll mibnija f’pajjiżna. Oriġinarjament, id-dgħajjes kienu tal-istess għamla bħal dawk li kienu jintużaw fil-ħidma ta’ kuljum mill-barklori, madanakollu maż-żmien saru xi modifikazzjonijiet sabiex dawn ikunu aktar utilizzati bħala dgħajjes tat-tlielaq.
Intant ir-Regatta ta’ Jum il-Vitorja pjanata li tibda fis-1.00pm u l-pjazzament tal-korsiji ser ikun kif ġej:
RACE | BIRGU | BIRZEBBUGA | BORMLA | ISLA | KALKARA | MARSA | MARSAMXETT |
KAT B
TAL-PASS ŻEWĠ IMQADEF |
3 | 5 | 7 | 4 | 2 | 6 | 1 |
KAT A
MIDALJI |
3 | 5 | 1 | 7 | 6 | 4 | 2 |
KAT B
KAJJIKK |
2 | 5 | 4 | 3 | 7 | 6 | 1 |
KAT A
FREJGATINI |
2 | 6 | 1 | 3 | 4 | 7 | 5 |
KAT B
MIDALJI |
7 | 1 | 3 | 2 | 6 | 4 | 5 |
KAT A
TAL-PASS ŻEWĠ IMQADEF |
2 | 5 | 6 | 7 | 3 | 4 | 1 |
KAT B
FREJGATINI |
5 | 1 | 4 | 3 | 7 | 6 | 2 |
KAT A
KAJJIKKI |
7 | 5 | 1 | 2 | 6 | 3 | 4 |
KAT B
TAL-PASS 4 IMQADEF |
5 | 3 | 2 | 6 | 1 | 4 | 7 |
KAT A
TAL-PASS 4 IMQADEF |
7 | 5 | 2 | 6 | 4 | 1 | 3 |
Related Posts
SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali – Profili tas-Semi Finalisti
SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali Profili tas-Semi Finalisti Nota Importanti: Dawn il-profili huma biss...
Fun Run 2016 launched at Kirkop Sports Complex. The Fun Run will be organised of Sunday 6th Nobember 2016.