10 Miljun Ewro nvestiti mill-Gvern

sportmt November 2, 2015 0

Matul is-sena ddieħla SportMalta ser tkun qegħda tagħmel investiment kapitali ta’ 10 miljun Ewro biex ttejjeb l-infrastruttura tal-Kumplessi fi ħdanha.  B’dan il-pass SportMalta se tkompli tikkonsolida l-ħidma li nbdiet f’dawn l-aħħar sentejn.

 

Dan tħabbar illum f’konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, li huwa l-lok fejn ser isiru uħud mill-proġetti.

DSC_8674

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius aċċenna għall-istat li fih kienu sabu l-kumplessi fi ħdan SportMalta.  Huwa kompla jgħid li SportMalta imbarkat fuq ħidma sfieqa sa mill-ewwel ġranet ta’ din il-leġislatura, li jkompli jikkonferma kemm verament dan huwa Gvern li ħadem sabiex Malta jkollha l-Ekonomija b’Saħħitha li qed ingawdu bħalissa.

Is-Segretarju Parlamentari semma speċifikament il-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq li diġa bdiet issirlu l-manutenzjoni għaliex tant kien tħalla fi stat diżastruż li kien hemm il-biża li ssir xi traġedja.  Il-kumpless tal-Pixxina f’Tal-Qroqq ma kienx l-uniku eżempju li semma s-Segretarju Parlamentari, għaliex fil-kumplessi kollha kien hemm bżonn ta’ xogħol kbir sabiex ikunu mmoderniżżati jew estiżi  biex ikunu jistgħu jilqgħu l-bżonnijiet tal-isportivi lokali.

_DSC6688

Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, Mark Cutajar elenka n-numru ta’ progetti li ser isiru fl-2016.   Uħud minn dawn il-proġetti ser jsiru fil-Kumplessi filwaqt li oħrajn huma estensjoni tal-kumplessi eżistenti.  Minbarra hekk hemm 7 proġetti oħra li jmorru lill hemm mill-faċilitajiet ta’ SportMalta.  Dawn huma;

  • jogging track f’Ta Qali u f’Santa Luċija,
  • bdil tal-court tal-Basketball tas-Siġġiewi (Fażi 1),
  • Shooting range f’Għawdex,
  • kumpless tal-Judo f’Pembroke,
  • manutenzjoni fil-padiljun tal-Basketball f’Ta Qali,
  • Kumpless sportiv f’Santa Venera.

Hall

Fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq ser isir

  • Bdil tad-deck
  • fire alarm fil-plantroom,
  • manutenzjoni tal-boiler
  • Bdil ta’ dawl u pompi fil-Plantroom
  • Changing rooms ġodda (West & East Block)
  • Hand Rails tal-istands ġodda
  • Grey Water Project
  • Kanċell fl-East Block C/Park
  • Reception Area Upgrade
  • Kmamar oħra attrezzati għall-programmi ta’ SportMalta
  • Manutenzjoni tal-Isquash Courts
  • VRF System Extention
  • Manutenzjoni tas-Sistema CCTV
  • Uffiċji ġodda għan-NADO
  • Tmien Starting Blocks Ġodda
  • Fannijiet fl-isquash courts
  • Kamra ġdida għat-timijiet Nazzjonali tal-Għawm

View Pool_2

 

Fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera se:

  • Tinbidel l-art tal-main hall u boċċi dromo
  • Issir estensjoni tal-Kumpless
  • Isiru swali attrezzati għall-konferenzi
  • Upgrade tas-sistema tas-sound
  • Cottonera VRF System

_DSC5900

 

Fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa ser isir:

  • Fence madwar il-pitches
  • Warm up Track ġdid għall-atletika
  • Dug outs għas-Softball u Baseball

 

Fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop ser isir:

  • Xogħol fuq il-pixxina
  • Manutenzjoni tac-Changing rooms

 

Fil-University Sports Hall ser isir:

  • Bdil tad-dawl fis-sala tal-isports fl-Universita’
  • Ser jinbidel il-boiler

021115.Onor. Agius @ SportMalta.023

Iċ-Ċermen ta’ SportMalta Luciano Busuttil,  rringrazzja lil Gvern talli emmen fil-ħidma li qed tagħmel l-entita’ hekk kif fl-aħħar sentejn u nofs intwera biċ-ċar kemm l-impenn tal-amministrazzjoni qed isarraf fi frott.  Huwa spjega ukoll kif l-entita’ mhix qed tieħu ħsieb biss il-faċilitajiet u l-iskemi sabiex taqdi aktar l-isportivi Maltin imma xeddet libsa ġdida bl-isem ġdid ta’ SportMalta.  Huwa saħaq li dan mhuwiex biss bdil kosmetiku iżda huwa rappreżentazzjoni ta’ dan l-impenn u l-investiment fil-qasam sportiv.  Huwa aċċenna għall-website l-ġdida tal-entita’ li hija user friendly biex kulħadd ikolli aċċess għall-informazzjoni.

 

 

 

35 benefiċjarju ta’ skemi minn SportMalta

sportmt November 1, 2015 0

Kienu 35 assoċjazzjoni sportiva/atleti individwali li bbenefikaw minn skemi ta’ assistenza ta’ SportMalta. L-għajnuna finanzjarja li kienet preżentata llum kienet marbuta mad-diversi skemi li toffri SportMalta,  fosthom l-iskema tat-Turiżmu Sportiv.
 
pr152418c
Waqt li indirizza lil dawk preżenti, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius aċċenna għall-miżuri li qed jittieħdu mill-gvern sabiex l-isportivi jkunu megħjuna.  Huwa semma t-tnaqqis ta’ rata tat-taxxa għall-atleti kollha u l-kowċis u r-rata anqas tat-taxxa tal-VAT fuq attivitajiet sportivi fosthom f’gym memberships u fitness centres.  Huwa kompla jgħid li nhar it-Tnejn SportMalta se tkun qed tħabbar aktar proġetti ġodda li minnhom se jibbenefikaw bosta sportivi. 
 
pr152418b
Iċ-Ċermen ta’ SportMalta Luciano Busuttil aċċenna għall-ħidma li għamlu l-impjegati ta’ SportMalta biex ma jħallux l-entità tkompli takkumula aktar dejn.  Minn din is-sena din il-ħidma se tibda tħalli l-frott, hekk kif għall-ewwel darba wara diversi snin, SportMalta se tkun qed tagħmel profitt li jista’ jerġa jkun investit fl-isport lokali.
CLF_3629em (2)
L-Aġent Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar ta spjega dwar il-proċeduri l-ġodda sabiex wieħed jkun jista’ japplika għall-assistenza filwaqt li aċċenna għall-ħinijiet ġodda li se jibda jopera SportMalta sabiex l-isportivi jkunu moqdija aħjar.  Huwa semma li dan huwa parti mir-rebranding tal-entità li tinkludi wkoll bdil fl-isem u website ġdida.  
More photos from the presentation can be viewed here
[text_divider type=”single”]

Click here to see how SportMalta can help your Sport Organisation

[/text_divider]

Launching of #SchoolsOnTheMove

sportmt October 14, 2015 0

Today we continued to spread the message of #‎OnTheMove‬ with the launching of SchoolsOnTheMove an initiative of SportMalta with the collaboration of the Parliamentary Secretary for Health, the Parliamentary Secretary for Sport and the Health Promotion Department.

The idea behind this project is to promote Sport, Dance and Physical Activity in every school in Malta and Gozo.

Photos of the Launching Event HERE

 

Jerġa jibda OnTheMove – Skolasport

sportmt October 14, 2015 0

Hekk kif fadal biss ftit jiem biex jingħata bidu għall-programm On The Move Skolasport kollox jinsab lest biex nhar is-Sibt li ġej Sportmalta jiftaħ il-bibien tiegħu lil fuq minn 5000 parteċipant li bejniethom se jkunu qegħdin jieħdu sehem f’55 dixxiplini sportivi mmexxija minn madwar 200 kowċ professjonali.  Se jinżammu d-dixxiplini popolari mal-parteċipanti bħall-żfin, ġinnastika, basketball, u għawm flimkien mas-sessjonijiet ‘FUNdamentals’ u ‘Mini-Games’ immirati għat-tfal bejn l-4 u l-10 snin li għandhom l-għan li jintroduċi divesi ħiliet sportivi bażiċi fost it-tfal.   Iżda ġew ntrodotti wkoll dixxiplini ġodda fosthom l-Futsal u l-Ġinnastika Ritmika li diġa kellhom suċċess kbir fil-programm Summer On The Move.

Matul is-sena se jkunu qegħdin jitwaqqfu tlett akkademji ġodda tal-Volleyball, tal-Basketball u tal-Ġinnastika bil-kollaborazzjoni tal-assoċjazzjonijiet rispettivi  bil-għan li aktar tfal ta’ talent ikomplu jimxu l’quddiem fl-isport. Dawn l-Akkademji jingħaqdu mal-Akkademji tat-Triathlon u taż-Żwiemel li kellhom riżultati positivi fis-snin li għaddew.

On The Move Skolasport 2015-2016 mhux sempliċiment post fejn il-ġenituri jħallu t-tfal u jkomplu bil-qadi tagħhom, iżda huwa post fejn it-tfal jitgħallmu u jikbru flimkien.  Dan il-programm huwa l-ewwel tarġa biex iħeġġeġ lit-tfal ikunu attivi biex ikollna socjetà b’saħħitha fiżikament u mentalment.

SportMalta  jixtieq javża lill-pubbliku li l-applikazzjonijiet għall-programm On The Move Skolasport 2015-2016 se jinqgħu miftuħin u  jinsabu online fuq is-sit ta’ SportMalta kif ukoll jista jsir il-booking online minn dan il-link billi  tgħafas hawn

 

 

 

 

Video of Walk the Towers 2015

sportmt October 7, 2015 0

20 participants took part in our ‘Walk The Towers’ event, part of the Move Week Malta. They walked more than 100km around Malta’s most popular Towers. This is what happened…

Video of the European Week of Sport Malta

sportmt October 6, 2015 0

This is what happened during the first European Week of Sport in Malta, organised by SportMalta with the collaboration of the European Commission.

Dancing in the City comes to an end

sportmt September 28, 2015 0

Another edition of Dancing in the City, part of the Move Week organised by SportMalta has come to an end last Saturday at the Valletta Waterfront. We would like to thank all participants who took part in yet another great event.

See the Photos Here

 

OnTheMove Skolasport returns

sportmt September 28, 2015 0

OnTheMove Skolasport returns for another scholastic year with more sport disciplines, more venues and more sessions during the week.  

You can view and download this year’s application form from this link: http://www.sportmalta.org.mt/userFiles/FINAL%20APPLICATION%20ONTHEMOVE%2015.pdf 

For your convenience you can book directly online through this link: http://www.sportmalta.org.mt/bookings-skolasport 

If you have any queries, feel free to contact us on 22036000 from Monday to Friday between 8.00am and 1.00pm.

Jifthu l-applikazzjonijiet ta’ On The Move

sportmt September 24, 2015 0

SportMalta qed jilqa’ l-applikazzjonijiet għall-programm On The Move Skolasport 2015-2016 hekk kif fis -17 ta’ Ottubru 2015 jibda staġun ieħor tal-programm tant popolari tax-xitwa.

On The Move SkolaSport huwa programm estensiv ta’ attivitajiet sportivi organizzat minn SportMalta, f’diversi ċentri sportivi madwar Malta u Għawdex.

Din is-sena mistennija jieħdu sehem mal-5,000 ruħ f’diversi dixxiplini sportivi, mmexxija minn madwar 200 kowċ professjonali. Se jkun hemm dixxiplini popolari mal-partecipanti bħal zfin, ginnastika, basketball, u għawm.

Dan minbarra il-programmi ‘FUNdamentals’ u ‘Mini-Games’ immirat għat-tfal bejn l-4 u l-10 snin li għandu l-għan li jintroduċi l-ħiliet sportivi baziċi fid-diversi dixxiplini.

Għal din is-sena SportMalta bħal snin ta’ qabel introduċa dixxiplini ġodda bħal Futsal u l-Ġinnastika Ritmika li diġa kellhom suċċess kbir fil-programm Summer On The Move.  Matul is-sena se jkunu qegħdin jitwaqqfu tlett akkademji ġodda tal-Volleyball, Basketball u Ġinnastika bil-kollaborazzjoni tal-assocjazzjonijiet respettivi  bil-għan li l-iktar tfal ta’ talent ikomplu jimxu l-quddiem fl-isport. Dawn l-akkademji jingħaqdu mal-akkademji tat-Triathlon u taż-Żwiemel li kellhom riżultati positivi fis-snin li għaddew.

On The Move Skolasport mhux sempliciment post fejn il-ġenituri jħallu t-tfal tagħhom u jkomplu bil-qadi tagħhom, iżda huwa post fejn it-tfal jitgħallmu u jikbru flimkien. Dan il-programm huwa l-ewwel tarġa biex iħeġġeġ lit-tfal ikunu attivi biex ikollna socjetà b’saħħitha fizikament u mentalment.

SportMalta  jixtieq javza lill-pubbliku li l-applikazzjonijiet għall-programm On The Move Skolasport 2015-2016 jinsab online fuq dan is-sit ta’ SportMalta billi isegwi dan il- link http://www.sportmalta.org.mt/bookings-skolasport

Ghafas hawn biex tnizzel il-formola tal-applikazzjoni