Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Malta National Shooting Ranges f’Ta’ Kandja, SportMalta u l-Malta Shooting Sport Federation (MSSF) iffirmaw ftehim fejn il-federazzjoni se tibda tuża u topera mix-Shooting Ranges Nazzjonali f’Ta’ Kandja.
B’dan il-ftehim l-MSSF se tibda tirċievi assistenza finanzjarja ta’ €40,000 fis-sena mingħand SportMalta kif ukoll rati ssussidjati meta jorganizzaw kompetizzjonijiet bl-għan ewlieni jkun għal aktar sostennibilità u b’hekk tkun tista’ timmassimizza l-użu tal-faċilitajiet. Permezz ta’ dan il-ftehim, it-team nazzjonali ta’ tiraturi se jiġu mogħtija allokazzjoni ta’ €5,000 kull sena għat-taħriġ.
Waqt l-intervent tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li dan huwa ftehim importanti ħafna li permezz tiegħu se nkunu qed nagħtu stabilità għal federezzjoni li se twassal għal ħidma ta’ binarji differenti li tkun tista’ tkabbar dan l-isport u tikseb riżultati aħjar minn dawk li diġà nkisbu fuq livell internazzjonali. Dr Grima fisser, “li din l-istabilità hija mibnija fuq tliet pilastri ewlenin, l-ewwel li qed jiġu assistiti l-atleti li jirrapreżentaw lill-pajjiżna fuq livell internazzjonali b’mod dirett u li dawn se jkunu jistgħu jagħmlu użu minn din il-faċilità mingħajr tip jew ieħor ta’ ħlas. It-tieni, li filwaqt li l-federazzjoni se tkun qiegħda żżomm l-faċilitajiet diġà eżistenti, se tkun qed tuża dan is-sit kif ukoll ingħata l-inċentiv biex il-federeazzjoni tattira kompetizzjonijiet internazzjonali lejn dan il-kumpless sportiv.”
Is-Segretarju Parlamentari temm jgħid li b’mod ħolistiku dan il-ftehim se jkun qed ikompli jagħti spinta lil dan l-isport tal-isparar, atleti qed jiġu assistiti b’mod individwali kif ukoll mezz ta’ kif inkattru u nġibu aktar turiżmu sportiv lejn pajjiżna.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar saħaq li dan il-ftehim hu ta’ vantaġġ mhux biss għall-istess federazzjoni iżda anke għat-tiraturi. Issa l-federazzjoni se jkollha is-serħan tal-moħħ finanzjarju sabiex tiffoka prinċiparjament biex twassal atleti f’kull dixxiplina biex jilħqu l-aqwa riżultati possibli.
Il-President tal-MSSF Pierre Montebello saħaq li, “dan l-ftehim se jipprovdi qafas għar-relazzjoni futura tal-MSSF ma’ SportMaltali jinkludu linji gwida għal kif se nkunu qed naħdmu u kif se tiżviluppa r-relazzjoni ta’ bejn iż-żewġ entitajiet. Illum aħna ffaċċjati b’realtajiet ġodda u dawn irridu nkunu ppreparati għalihom. Għaldaqstant, l-għan aħħari ta’ dan l-ftehim huwa li jsaħħaħ kemm lilfederazzjoni kif ukoll l-isport tal-isparar in ġenerali u fuq kollox jiggarantixxi futur għall-isport tagħna. B’dan l-ftehim se nkunu nistghu nħarsu ’l quddiem, b’ċertu serħan tal-moħħ fejn jidħol l-operat tagħna fil-futur bħala federazzjoni u fl-istess ħin issa nkunu nistgħu niffukaw iktar fuq l-isport tant għażiż għalina.”

“Funded by the European Union. Views and opinions expressed are however those of the author(s) only and do not necessarily reflect those of the European Union. Neither the European Union nor the granting authority can be held responsible for them.”
Related Posts
NATIONAL POOL IS FINALLY RE-OPENING
Please be informed that the National Pool Complex will be open again for the public on Wednesday 8th March. We would like to...
European Week of Sport Launches the #BeActive Awards 2016 
A European Award to highlight outstanding work and commitment at local levels to promote Sport and Physical Activity. The...
 
					   
             
					   
            
