Għal ħames sena konsekuttiva Malta ħa tingħaqad ma’ pajjizi oħra ewropej sabiex torganiżża il-ġimġħa ewropeja għall-isport bejn it-23 u t-28 ta’ Settembru. Dettalji ingħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-pixxina nazzjonali Tal-Qroqq fl-istess ħin li kienu għaddejja attivitajiet li ġabu fi tmiemhom il-programm Summer on the Move 2019.
Is-segretarju parlamentari għaż–żagħżagħ, sport u għaqdiet volontarji Dr Clifton Grima ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex għal sena oħra jieħu sehem fl-attivitajiet tal-ġimgħa ewropeja għall-isport. Inizjattiva li għandha l-għan li tippromwovi l-importanza ta’ ħajja attiva u b’saħħitha u li tiżdied mal-bosta inizjattivi li Sport Malta ħadet f’dawn l-aħħar snin sabiex wasslet lill-pubbliku malti jinvolvi dejjem aktar ruħu fl-isport jew f’attivitajiet fiżiċi.
Is-suċċessi tal-inizjattivi ta’ Sport Malta jidhru mill-fatt li fl-attivitajiet ta’ On the Move il-parteċipazzjoni tal-istudenti żdiedet minn 180 student tal-2003 għal madwar seba’ t’elef student ta’ din is-sena. U riċentement l-istħarriġ tal-Eurobarometer wera li Malta kellha l-akbar żieda ta’ parteċipazzjoni sportiva miċ–ċittadini kollha ewropej.
Dr Grima qal li rridu nressqu aktar familji lejn l-isport, nibnu dejjem aktar mentalita’ sportiva u fl-istess ħin nagħtu l-għodda lill-isportivi tagħna sabiex jkunu jistgħu itejjbu r-rizultati.
Il-kap eżekuttiv ta’ Sport Malta Mark Cutajar qal li fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-ġimgħa ewropeja tal-isport se joħorġu mill-kumplessi sportivi u jmorru għand in-nies. Għal sena oħra tħejja programm immirat għall-faxex kollha tas-soċjeta’ u etajiet differenti.
L-attivita’ tal-ftuħ se ssir fl-20 ta’ Settembru fil-pjazza taż–Żejtun u se tinkludi dixxipini sportivi ta’ pajjiżi differenti, fosthom il-loghba maltija tal-Boċċi.
Fil-25 ta’ Settembru fil-pjazza ta’ Rahal Ġdid se tiġi organiżżata serata ta’ żfin fosthom Salsa u Line Dancing.
Attivitajiet oħra se jsiru fil-kumplessi ta’ Sport Malta. Fit-23 ta’ Settembru fil-kumpless sportiv u fil-pixxina nazzjonali Tal-Qroqq se jiġu organizzati zewġturnaments għall-veterani tal-Waterpolo u tal-Handball.
Fir-ranges il-ġodda tal-isparar f’Ta’ Kandja se ssir il-Be Active Sport Malta Cup, filwaqt li fil-kumpless ta’ Maria Assunta il-Ħamrun se jiġi organiżżat turnament tas–snooker. Ma jonqsux l-attivitajiet għat-tfal tal-iskejjel.
Għal sena oħra l-attivita’ tal-egħluq se ssir fil-kumpless sportiv ta’ Ħal Kirkop b’festival ta’ sports fosthom table tennis, badminton, ċikliżmu, motor sport, foot volley, klassijiet tal-fitness u ħafna oħrajn.
Flimkien mal-attivitajiet ta’ Sport Malta se jiġu organiżżati wkoll oħrajn minn assoċjazzjonijiet differenti. Fosthom hemm ġurnata ta’ sports fil-kumpless ta’ Ħal Kirkop għall-ħaddiema u impjegati organiżżata mill-Malta Employees Sports Association.
Apparti t-tema tal-attivita’ fiżika, il-gimgħa ewropeja tal-isport ta’ din is-sena se jkollha wkoll it-tema ambjentali. B’rabta ma’ dan bil-kollaborazzjoni ta’ Green Pak il-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex f’dik il-ħimgħa jiddisponi mill-flixken tal-plastic f’kontenituri apposta.
Tħabbru wkoll l-ambaxxaturi tal-isports għall-ġimgħa spprtiva ta’ din is-sena. Dawn huma it-triatleta Jake Vella, il-plejer tal-Basketball Josephine Grima u l-coach nazzjonali tal-waterpolo Karl Izzo.
Kalendarju tal-attivitajiet jistaw jinstabu fil-website: www.maltabeactive.com
Related Posts
Minister Clifton Grima visits the site of the first indoor swimming pool in Cottonera
The first indoor swimming pool project with an investment of €14 million will be among the best sports complexes in the...