Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima, flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar, nieda il-kampanja ‘#BeActiveAtHome’ bil-għan li żżomm lill-pubbliku attiv fi djaru permezz ta` sit ta` SportMalta, www.sportmalta.org.mt u pemezz tal-midja soċjali.
Bħala parti mill-kampanja #BeActive, SportMalta ħarġet bi pjan ta’ kontinġenza fiċ-ċirkostanza tal-pandemija tal-Covid19. Din l-inizzjattiva se tinkludi numru 35 filmat online fil-gimgħa, ta’ sport u attivita’ fiżika mmirati lejn setturi differenti tas-soċjeta’. Dawn mhux biss qed jigu offruti għal klijenti kollha tal-programm On The Move izda ghal pubbliku ingenerali. Barra minn hekk SportMalta ħasbet ukoll fi tfal ta` l-akkademji tagħha. Fil-fatt minn din il-ġimgħa, l-akkademji tal-ġinnastika u ta` triathon ser ikollhom is-sessjonijiet tagħhom normali online u jistgħu jagħmlu interazzjoni mal-kowċis tagħhom. Dan sabiex it-tfal u żgħażagħ jibqgħu attivi taħt gwida kwalifikata. Sport ieħor ser jigi introdott ukoll fil-ġranet li ġejjien.
Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li, “qed nilqa’ bis-sħiħ l-impenn, id-dedikazzjoni u x-xogħol iebes li qed jintwera minn SportMalta u l-isportivi biex dan kollu jista’ jseħħ bl-użu ta’ mezzi online. Dawn l-aħħar jiem urew il-professjonalità qawwija u l-impenn ta’ sportivi fi żminijiet ta’ sfida bħal dawn.”
Is-Segretarju Parlamentari Grima ħeġġeġ lill-pubbliku li għalkemm qegħdin fi djarna ma jfissirx li m’għandniex nibqgħu b’saħħitna. Hu importanti li nżommu attivi għax l-isport u l-attività fiżika għandhom is-saħħa biex itejbu mhux biss is-saħħa fiżika, iżda wkoll is-saħħa mentali u l-benesseri ġenerali.
Is-Segretarju Parlamentari ikkonkluda billi rringrazzja b’mod sinċier lill-isportivi kollha għall-mod eżemplari li qed juru waqt l-isfida ta’ din is-sitwazzjoni bla preċedent. Esprima l-apprezzament tiegħu lill-istaff ta’ SportMalta li tant qed jagħtu sapport sabiex isir dan kollu.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar qal li SportMalta għandha obbligu li twassal dan is-servizz. Huwa qal li meta SportMalta ħarġet b’din l-inizzjattiva, din tant intogħġbot mill-Kummissjoni Ewropea li stiednu lil Ewropa kollha biex jagħmlu l-istess. Cutajar għamel enfasi li dan kollu kellu proċess minn sejħa għal kowċis kwalifikati u anke struzzjonijiet li gew mogħtija lill-istess kowċis sabiex dawn il-filmati jkollhom kwalita’ u kontinwita’. Huwa semma li din is-sistema online ser tibqa’ għaddejja anke meta tispiċċa din l-emerġenza biex inressqu iktar nies lejn l-isport u attivita’ fizika. Cutajar irringrazzja lill-ħaddiema ta’ SportMalta b’mod partikolari il-ħaddiema ta` events, marketing u programmi li ħadmu fuq din l-inizzjattiva u lil dawk fl-amministrazzjoni li qed jaħdmu permezz ta’ teleworking sabiex żammew l-entita’ taħdem b’mod effiċjenti. Hu rringrazzja wkoll lil dawk il-ħaddiema li qed jagħmlu l-manutenzjoni neċessarja f’kull faċilita’.
Iċ-Ċermen ta’ SportMalta Luciano Busuttil qal li din is-sitwazzjoni bla preċedent ma jfissirx li m’għandniex insibu l-ħin sabiex nagħmlu l-eżerċizzju fiżiku sabiex nibqgħu attivi. Huwa semma kif f’dawn iż-żminijiet rridu nkomplu nimxu mal-missjoni ta’ SportMalta, li nċaqalqu l-pajjiż. Fl-aħħar nett ħeġġeġ lil kulħadd sabiex isegwi dawn il-filmati sabiex kulħadd jibqa’ b’saħħtu.
Il-filmati se jkunu qed jintwerew fuq il-paġna uffiċjali ta’ SportMalta (BeActive – SportMalta) u l-paġna uffiċjali ta’ Edukazzjoni fuq Facebook. Dawn il-filmati se jkunu disponibbli wkoll fuq is-sit uffiċjali ta’ SportMalta u anke fuq YouTube channel ta` SportMalta.
Related Posts
SportMalta reaches an investment agreement with Zurrieq Local Council
SportMalta has passed on the management of the bocci pitch in Blue Grotto Avenue, Zurrieq to the Local Council so that...
Another event as part of this year’s European Week of Sport was held on Saturday at the Malta National Shooting Range....