Eluf ta’ nies ħonqu t-toroq Maltin li minnhom għaddew l-erbgħa rotot prinċipali li fformaw parti mill-għaxar edizzjoni ta’ The President’s Solidarity Fun Run, b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation. Ir-rotta tal-ġiri telqet mir-Rabat, filwaqt ir-rotot tal-mixi telqu minn Raħal Ġdid, minn Santa Venera, u mill-Universita’ ta’ Malta. Kien propju minn din ir-rotta li telqet l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta, flimkien mad-Deputat Prim Ministru, l-Onor Chris Fearne, u l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, Dr Adrian Delia u is-Segretarju Parlamanetari ghal l-Isport Clifton Grima fost ohrajn.
Ir-rotot kollha tnexxew minn haddiema ta’ SportMalti ikkordinati mill-kap ezekuttiv Mark Cutajar li bhal kull sena jaghmlu din l-attvita b’mod volontarju ghax jemmnu li l-isport jista jghaqqad poplu u jaghti l-kontribut tieghu lejn kawza gusta. It-tlett rotot tal-mixi inghaqdu f’Bieb il-bombi bioex imbaghad kullhadd dahal wara l-eccelenza taghha lejn Triq Sant’Anna il-Floriana, Triq ir-Rebubblika il-Belt Valletta u Pjazza San Gorg fejn intemmet din il-mixja ta` solidarjeta.
Waqt li indirizzat lil folla numeruża fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, il-President irringrazzjat lill-Maltin u l-Għawdxin, “talli, bil-preżenza u bil-parteċipazzjoni tagħkom, urejtu l-akbar valur li ħallewlna ommijietna u missirjietna – il-valur tas-solidarjeta’, tal-ġenerożita’, tar-rispett u ta’ l-imħabba, il-valur li jgħaqqadna flimkien għax naħsbu f’xulxin.” Il-President qalet li hija kburija bil-Maltin u l-Għawdxin kollha għax bis-saħħa tal-valur tas-solidarjeta’, il-Poplu Malti u Għawdxi sar poplu distint fid-dinja.
Il-President irringrazzjat lill kull min kien involut fit-tħejjija ta’ din l-attivita’, lill-forzi tas-sigurta’, lill-voluntiera tal-Malta Community Chest Fund Foundation, u lill-kumitat organizzattiv, mmexxi mis-Sur Mark Cutajar. Minn naha tieghu Cutajar li din ic-celebrazzjoni taghti sodisfazzjon kbir ghax barra li kullhadd qed jaghmel l-attivita fizika, kullhadd qed jaghti parti mill-gurnata tieghu biex jaghmel il-volontarjat realta. Huwa irringrazzja fost ohrajn lil haddiema ta` SportMalta li dejjem jidhlu ghal din l-attivita b’entuzjazmu kbir.
Din kienet attivita’ oħra bi preparazzjoni għall-Istrina 2018, li bħal dejjem issir l-għada tal-Milied. Il-President Coleiro Preca filwaqt li tenniet li l-ispiża tal-Fondazjoni fuq il-kimoterapija speċjalizzata qed tlaħħaq it-800,000 ewro fix-xahar, appellat lill-Maltin u l-Għawdxin, biex permezz ta’ l-Istrina, jerġgħu jikkonfermaw kemm huma tassew poplu distint, li jħaddan bis-sħiħ il-valur tas-solidarjeta’ – “solidarjeta’ li nuru ma’ ħutna fil-bżonn.”
Related Posts
Learning History through Sport
History through Sport is an activity launched this year by the Sport Promotion Unit where it combines the academic subject of...
SportMalta tippreżenta total ta’ €1,049,738 f’għajnuniet finanzjarji lill-assoċjazzjonijiet u atleti individwali....