Kienu 35 assoċjazzjoni sportiva/atleti individwali li bbenefikaw minn skemi ta’ assistenza ta’ SportMalta. L-għajnuna finanzjarja li kienet preżentata llum kienet marbuta mad-diversi skemi li toffri SportMalta, fosthom l-iskema tat-Turiżmu Sportiv.
Waqt li indirizza lil dawk preżenti, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius aċċenna għall-miżuri li qed jittieħdu mill-gvern sabiex l-isportivi jkunu megħjuna. Huwa semma t-tnaqqis ta’ rata tat-taxxa għall-atleti kollha u l-kowċis u r-rata anqas tat-taxxa tal-VAT fuq attivitajiet sportivi fosthom f’gym memberships u fitness centres. Huwa kompla jgħid li nhar it-Tnejn SportMalta se tkun qed tħabbar aktar proġetti ġodda li minnhom se jibbenefikaw bosta sportivi.
Iċ-Ċermen ta’ SportMalta Luciano Busuttil aċċenna għall-ħidma li għamlu l-impjegati ta’ SportMalta biex ma jħallux l-entità tkompli takkumula aktar dejn. Minn din is-sena din il-ħidma se tibda tħalli l-frott, hekk kif għall-ewwel darba wara diversi snin, SportMalta se tkun qed tagħmel profitt li jista’ jerġa jkun investit fl-isport lokali.
L-Aġent Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar ta spjega dwar il-proċeduri l-ġodda sabiex wieħed jkun jista’ japplika għall-assistenza filwaqt li aċċenna għall-ħinijiet ġodda li se jibda jopera SportMalta sabiex l-isportivi jkunu moqdija aħjar. Huwa semma li dan huwa parti mir-rebranding tal-entità li tinkludi wkoll bdil fl-isem u website ġdida.
More photos from the presentation can be viewed here
[text_divider type=”single”]
Click here to see how SportMalta can help your Sport Organisation
[/text_divider]
“Funded by the European Union. Views and opinions expressed are however those of the author(s) only and do not necessarily reflect those of the European Union. Neither the European Union nor the granting authority can be held responsible for them.”
Related Posts
September 13, 2023
SportMalta reaches out to Sports Federations, Associations, and Clubs, inviting them to join in the excitement of the 9th...
Concession of land to Hibernians Basketball Club
June 1, 2017
Chris Agius, Parliamentary Secretary for Research, Innovation, Youth and Sport signed a letter of intent to concede...



