Dalgħodu waqt ċerimonja li saret fil-Forti Sant’Anġlu l-Birgu, s-semi finalisti ta’ l-Għażliet Sportivi Nazzjonali ġew ippreżentati b’ċertifikat kommemorattiv. Dan sar fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari Għaż-Żagħżagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat l-Onor Clifton Grima kif ukoll il-Kumitat Organizzativ ta’ dan l-avveniment kompost mill-Għaqda Ġurnalisti Sport u SportMalta liema kumitat huwa iċċerjat mill-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar.
Matul din iċ-ċerimonja ġew imħabbra wkoll il-finalisti tas-seba’ kategoriji li l-ġurija ser tkun qed tivvota għalihom matul is-serata ta’ premjazzjoni li ser issir nhar is-Sibt 23 ta’ Frar fil-lukanda Hilton u li ser tkun qed tixxandar dirett fuq TVM2 bit-trażmissjoni tibda fis-7:30 pm
Barra dawn is-seba’ kategoriji matul is-serata ser isiru ħames preżentazzjonijiet oħra fosthom dik tal-People’s Choice Award li l-finalisti ta’ din il-kategorija wkoll ġew imħabbra dalgħodu sabiex issa l-pubbliku jista jagħti l-preferenza tiegħu billi jidħol fuq il-facebook page BeActive – SportMalta. Il-voti tal-pubbliku jingħaqdu ma’ dawk ta’ l-Assoċjazzjonijiet u l-ġurija sabiex fis-serata jitħabbar ir-rebbieħ tal-People’s Choice Award.
Il-finalisti f’kull kategorija huma ħamsa apparti għall-unur ta’ l-Isportiva tas-Sena fejn wara li ingħaddu l-voti tal-ġurnalisti kien hemm żewġ atleti fil-ħames post li ġabu voti ndaqs. Kull kontestant qed ikun iġġudikat fuq l-akkwisti tiegħu matul is-sena 2018 b’emfasi fuq unuri mirbuħa nternazzjonalment.
SPORTIV TAS-SENA
BEZZINA Isaac – Judo
Rebbieħ tal-midalja tal-fidda fil-logħob tal-Commonwealth fil-kategorija 90 kilogramma.
CARUANA SCICLUNA Justin – Ten Pin Bowling
Rebbieħ ta’ tliett midalji fil-loghob tal-Mediterran.
FARRUGIA Stefan – Raffa
Rebbieħ tal-midalja tal-bronż fil-Loghob tal-Mediterran.
GALEA Brian – Sparar Trap
Rebbieħ tal-midalja tal-Bronż fil-logħob tal-Commonwealth li saru fl-Awstralja.
GATT Rodney – Tiġrijiet taż-Żwiemel
Rebah tiġrija fil-kampjonati Ewropej u spiċċa fis-sitt post overall fl-istess kampjonat biex b’hekk ikwalifika għall-kampjonati tad-dinja għal ġerejja professjonali.
SPORTIVA TAS-SENA
BEZZINA Eleanor – Target Shooting
Spiċċat fir-raba’ post fl-10m u fil-25m Air Pistol fil-Logħob tal-Commonwealth fil-Gold Coast u spiċċat fis-7 post fil-Logħob tal-Mediterran 2018.
PACE Hannah – Triathlon
Spiċċat fi tieni post fil-Kampjonati Ewropej tat-Triathlon fl-2018 kif ukoll klassifikat fit-tielet post fl-Ironman fl-2018 f’Copenhagen id-Danimarka.
SULTANA Colette – Squash
Semi-finalista fis-South Australian Open fost diversi tournaments prestiġjużi li ħadet sehem fihom.
WINGFIELD Charlotte – Atletika
Rebħet il-midalja tal-Bronż fil-200 metru, fil-kampjonati tal-atletika tal-Pajjizi Żgħar tal-Ewropa.
XUEREB Sara – Ten Pin Bowling
Rebħet żewġ midalji tal-Fidda fil-kampjonati tal-Mediterran tat-Ten Pin Bowling. Rebħet ukoll midalja tal-Bronż fil-European Youth Championship u rebħet il-kampjonat Nazzjonali tal-MTBA 2018.
ZAMMIT STEVENS Yazmin – Weightlifting
Ikkwalifikat għal-Logħob tal-Commonwealth u kkompetiet ukoll fil-Logħob tal-Mediterran u fl-Eleiko International Tournament fejn rebħet il-midalja tad-deheb fil-kategorija tagħha. Fil-Logħob tal-Commonwelah spiċċat fis-7 post filwaqt li fil-Logħob tal-Mediterran spiċċat fil-5 post. Kisret aktar rekords Nazzjonali.
UFFIĊJAL TAS-SENA
AQUILINA Stephen – Malta Shooting Sport Federation
Kien strumentali fl-organizazzjoni tat-tappa tal-2018 tat-Tazza tad-Dinja tal-Isparar fejn mexxa l-kumitat organizattiv.
BUGEJA Frans – Malta Billiards & Snooker Association
Ħadem sabiex sa fl-aħħar l-Assoċjazzjoni jkollha l-premises tagħha fejn għall-ewwel darba il-logħob tal-kampjoanti tal-isnooker beda jsir f’din l-akkademja ġdida.
CALLEJA Anna – Special Olympics
Ikkordinat u kienet strumentali sabiex jiġi preparat b’mod professjonali l-akbar kontinġent ta’ atleti minn Special Olympics Malta li f’Marzu li ġej se jieħdu sehem fil-World Games f’Abu Dhabi.
DEGIORGIO Vincent – Malta Pool Association
Għas-seba’ darba mill-2002 organizza l-Kampjonat Ewropew f’Malta tal-Pool bil-parteċipazzjoni ta’ 550 player.
VASSALLO Bernard – Malta Basketball Association
Referee internazzjonali mill-1996. Fl-2018 ikkontrolla total ta’ 43 logħba fil-kamp Ewropew. Fl-2018 sar ukoll l-ewwel Malti li akkwista ċ-ċertifikazzjoni bħala FIBA Referee Instructor.
COACH TAS-SENA
CARUANA Jesmond – Weightlifting
President tal- MWA u kowċ personali ta’ Yazmin Zammit Stevens sa mill-2015 fejn irnexxielu jwassalha għall-kwalifikazzjoni fil-Logħob tal-Commonwealth fejn temmet fis-7 post fil-kategorija tagħha.
DAMIAN Neil – Rugby
Mexxa lit-team Nazzjonali għall-ogħla ranking fl-IRB meta it-team laħaq is-36 post fir-rankings minn 102 pajjiż. Għat-tieni sena konsekuttiva t-team rebaħ il-Grupp Conference South 1 u ilu ma jitlef logħba home tliet snin.
IZZO Karl – Waterpolo
Mexxa lit-team Nazzjonali tal-kbar għat-tieni sena konsekuttiva għall-kwalifikazzjoni fil-Kampjonati Ewropej tal-waterpolo tal-LEN 2018.
MUSCAT Winston – Football
Mexxa lit-team għat-tielet post fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni tal-kampjonat Ewropew tal-UEFA U19 b’rebħa fuq il-Litwanja, draw mal-Belġju u telfa ta’ 1-0 kontra Franza.
PACCARIE Andrea – Basketball
Mexxa lit-team Nazzjonali għar-rebħ tal-Midalja tad-deheb fid-Diviżjoni rispettiva fil-FIBA European Championships for Small States.
ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA
BALZAN Jurgen – Table Football
Rebaħ il-Major ta’ Milan fl-Italja U19 u wasal sal-finali tal-Grand Prix tal-Belġju U19 fost kisbiet oħra.
ELAIDA Jacob – Atletika
Semi Finalisti fil-200m fil-Kampjonati Ewopej U18.
MUSCAT Jake – Waterpolo
ASA player tas-sena U15. Lagħab f’kull skwadra ta’ Neptunes fil-kategorija U15, U17, U20 u mat-team tal-kbar fejn rebaħ ukoll il-kampjonat tal-waterpolo tal-ASA.
SULTANA Kijan – Squash
Għalaq is-sena fit-tieni post tar-rankings Ewropej tal-U15 u rebaħ l-Australian Junior Open 2018.
VASSALLO Saul – Ibburdjar
Midalja tal-Fidda fis-Silver Fleet fil-kampjonat tad-Dinja li sar f’Ċipru fost 78 baħri żagħżugħ.
ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA
BORG Ella – Ġinnastika
Rebħet midalja tad-deheb fil-Beam, fidda fil-Vault, u Bronż fil-Floor waqt il-Logħob tal-COJI 2018. Rebħet ukoll il-kampjonat Nazzjonali li saru f’Diċembru 2018.
CURMI Francesca – Tennis
Rebħet kontra diversi tennisti li huma fit-top 100 fil-kategorija Juniors Nisa u kkwalifikat għall-Wimbledon Juniors u l-Australian Open Juniors.
FALZON YOUNG Francesca – Għawm
Kwalifikat għall-Youth Olympic Games 2018 u kisret ir-rekord Nazzjonali fil-50m backstroke. Waqqfet rekords Nazzjonali fix-Short Course fil-100m Fly, 200m Free, 100m Free u 50 Free.
MANGION VASSALLO Shelby – Weightlifting
Ikkompetiet fil-Youth Olympic Games, fil-Youth European Championships u fil-European Union Cup. Fil-Youth Olympic Games kisret ħames rekords nazzjonali fil-kategorija tagħha.
XUEREB Sara – Ten Pin Bowling
Rebħet żewġ midalji tal-Fidda fil-kampjonati tal-Mediterran tat-Ten Pin Bowling. Rebħet ukoll midalja tal-Bronż fil-European Youth Championship u rebħet il-kampjonat Nazzjonali tal-MTBA 2018.
TEAM TAS-SENA
Basketball Team Nazzjonali
Rebbieħa tal-midalja tad-deheb fil-Kampjonati Ewropej tal-FIBA għall-Pajjiżi ż-Żghar.
Football Team Nazzjonali Irġiel U19
It-tim Malti kiseb total ta’ 4 punti fil-Grupp ta’ kwalfikazzjoni għall-Kampjonati U19 tal-UEFA bi draw mal-Belġju, rebħa kontra l-Litwanja u telfa minima ta’ 1-0 kontra Franza.
Lawn Bowls Team Nazzjonali
Rebbieħa tal-midalja tal-Bronż fil-Logħob tal-Commonwealth li saru fl-Awstralja.
Rugby Team Nazzjonali Irġiel
Is-sena 2018 fissret l-ogħla post fir-rankings tad-dinja tal-IRB. Għat-tielet sena konsekuttiva t-team Malti baqa’ mhux megħlub f’pajjiżna u rebaħ il-Grupp Conference South 1.
Waterpolo Team Nazzjonali Irġiel
Għat-tieni darba fl-istorja tal-waterpolo lokali t-team Malti kwalifika għal Kampjonati Ewropej tal-LEN.
PEOPLE’S CHOICE AWARD
GALEA Brian – Sparar Trap
Midalja tal-Bronż fil-logħob tal-Commonwealth
PORTELLI Robert – Rugby
Jaħdem ħafna sabiex jiġbed talent ġdid għall-logħba tar-rugby
SPITERI Fabio – Triathlon
L-ewwel Malti li rnexxielu jispiċċa t-Triple Iron Man World Championship
XUEREB Rebecca – Ġinnastika
Midalja tal-Bronż fil-logħob tal-Coji
ZAMMIT STEVENS Yazmin – Weightlifting
Ikkwalifikat għal-Logħob tal-Commonwealth u kkompetiet ukoll fil-Logħob tal-Mediterran u fl-Eleiko International Tournament fejn rebħet il-midalja tad-deheb fil-kategorija tagħha. Fil-Logħob tal-Commonwelah spiċċat fis-7 post filwaqt li fil-Logħob tal-Mediterran spiċċat fil-5 post. Kisret aktar rekords Nazzjonali
Related Posts
#OnTheMove (Summer Programme) is the continuation programme from #OnTheMove (Skolasport). It consists of one module running...
Concrete measures by SportMalta to strengthen the Regatta Tradition
This morning SportMalta announced an initiative to expand, strengthen and attract more youths and children towards The Regatta...