SportMalta tippreżenta total ta’ €1,049,738 f’għajnuniet finanzjarji lill-assoċjazzjonijiet u atleti individwali.
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima saħaq li permezz tal-assistenzi minn SportMalta, qed naraw li l-assoċjazzjonijiet u klabbs qed ikunu proattivi u qed jieħdu inizzjattivi biex jiġġeneraw dħul. Kien għalhekk li l-Gvern ħaseb biex idaħħal il-liġi ta’ kummerċjalizazzjoni ta’ artijiet sportivi sabiex jagħti liberta regolata lill-klabbs u assoċjazzjonijiet biex jużaw l-artjiet fdati lilhom mill-Gvern biex ikomplu jkabbru l-likwidita u jużawha biex l-isport tagħhom jikber.
B’kollox kienu 118-il atleta u assoċjazzjoni li bbenefikaw minn assistenza finanzjarja matul din is-sena. Dawn jinkludu il-ħlas ghall-iskema tal-assistenzi ta’ SportMalta għall-2017 li jinkludi assistenza finanzjarja għal proġetti li jammontaw għal €931,876, Youth Development Scheme li jammonta għal €6,237, Flexi Training Scheme li jammontaw għal €24,152, ittri ta’ impenn għall-2018 li jammontaw għal €192,000, Assistenza lill-atleti tas-Synchro Academy li jammontaw għal €4,200, il-premjijiet u sussidji tar-Regatta ta’ Ju mil-Ħelsien li jammontaw għal €18,485, assistenza lill-Għaqda Ġurnalisti tal-isport għan-National Sport Awards li jammontaw għal €60,905 u assistenza lill-privat rigward special leave li jammonta għal €3,882.
SportMalta torganizza erba’ ċerimonji sabiex l-assoċjazzjonijiet sportivi u l-atleti ma jkollhomx jistennew żmien twil għall-assistenza finanzjarja. Dawn huma parti mir-riforma ta’ SportMalta għall-benefiċċju tal-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet, biex b’hekk tagħtihom aktar ċertezza biex jippjanaw finanzjarjament.
Waqt l-istess ċeremonja ġew ippreżentati wkoll 30 ċertifikat lill-kowċis u ħaddiema ta’ SportMalta li spiċċaw il-Kors tal-First Aid b’suċċess. Dan il-kors ġie mfassal sabiex il-ħaddiema u kowċis dejjem ikunu kapaċi jassistu persuni f’diffikulta fiżika waqt xi attivita’ sportiva u anke fuq il-post tax-xogħol.
Related Posts
SportMalta continue its work for this year’s European Week Sport
The European Week of Sport is an initiative by the European Commission to promote sport and physical activity across Europe...