Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima saħaq li permezz tal-assistenzi minn SportMalta, qed naraw li l-assoċjazzjonijiet u klabbs qed ikunu proattivi u qed jieħdu inizzjattivi biex jiġġeneraw dħul. Dan kollu ma jkunx possibli mingħajr l-għajnuna li jagħti l-Gvern li jikkommetti ammont ta’ flus kull sena sabiex jingħataw dawn l-assistenzi, liema assistenzi żdiedu għaliex fl-2018 il-vot tal-assistenzi żdied għal 1.54 miljun ewro.
B’kollox kienu 151 atleta u assoċjazzjoni b’total ta’ madwar €2,000,000 li bbenefikaw minn assistenza finanzjarja matul l-2018. Dawn jinkludu il-ħlas ghall-iskema tal-assistenzi ta’ SportMalta għall-2017 li jinkludi assistenza finanzjarja għal proġetti, Youth Development Scheme, Flexi Training Scheme u ittri ta’ impenn għall-2018.
SportMalta torganizza erba’ ċerimonji sabiex l-assoċjazzjonijiet sportivi u l-atleti ma jkollhomx jistennew żmien twil għall-assistenza finanzjarja. Dawn huma parti mir-riforma ta’ SportMalta għall-benefiċċju tal-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet, biex b’hekk tagħtihom aktar ċertezza biex jippjanaw finanzjarjament.

“Funded by the European Union. Views and opinions expressed are however those of the author(s) only and do not necessarily reflect those of the European Union. Neither the European Union nor the granting authority can be held responsible for them.”
Related Posts
Suċċess għal SportMalta bl-ewwel Forum Nazzjonali tal-Isport
April 25, 2016
Din il-ġimgħa SportMalta kienet impenjata bl-ewwel Forum Nazzjonali tal-Isport li qatt sar f’pajjiżna li seħħ fil-Kumpless...
May 7, 2018
Summer on the Move is the biggest and most popular programme for kids and adults alike, where sport and physical activity are...
