Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima saħaq li permezz tal-assistenzi minn SportMalta, qed naraw li l-assoċjazzjonijiet u klabbs qed ikunu proattivi u qed jieħdu inizzjattivi biex jiġġeneraw dħul. Dan kollu ma jkunx possibli mingħajr l-għajnuna li jagħti l-Gvern li jikkommetti ammont ta’ flus kull sena sabiex jingħataw dawn l-assistenzi, liema assistenzi żdiedu għaliex fl-2018 il-vot tal-assistenzi żdied għal 1.54 miljun ewro.
B’kollox kienu 151 atleta u assoċjazzjoni b’total ta’ madwar €2,000,000 li bbenefikaw minn assistenza finanzjarja matul l-2018. Dawn jinkludu il-ħlas ghall-iskema tal-assistenzi ta’ SportMalta għall-2017 li jinkludi assistenza finanzjarja għal proġetti, Youth Development Scheme, Flexi Training Scheme u ittri ta’ impenn għall-2018.
SportMalta torganizza erba’ ċerimonji sabiex l-assoċjazzjonijiet sportivi u l-atleti ma jkollhomx jistennew żmien twil għall-assistenza finanzjarja. Dawn huma parti mir-riforma ta’ SportMalta għall-benefiċċju tal-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet, biex b’hekk tagħtihom aktar ċertezza biex jippjanaw finanzjarjament.

“Funded by the European Union. Views and opinions expressed are however those of the author(s) only and do not necessarily reflect those of the European Union. Neither the European Union nor the granting authority can be held responsible for them.”
Related Posts
We Turned The Square Into A #BeActive Dancefloor!
September 26, 2019
SportMalta continues with the European Week of Sport with a Dance Event at the Paola Square yesterday night. Hundreds of...
Studenti tal-iskejjel primarji f’avveniment sportiv f’Birzebbuga
July 8, 2019
Total ta’ 400 student mis-sitt sena ta’ bosta skejjel primarji ħadu sehem f’attivitajiet ta’ sport akwatiku f’Birżebbuġa....
