L-impjegati u l-veterani kienu protagonisti f’żewġ attivitajiet organizzati fil-ġimgħa ewropeja tal-isport.
Fit-23 ta’ Settembru, fil-kumpless sportiv Tal-Qroqq, sar turnament għall-veterani tal-Handball. Fih ħadu sehem ex plejers ta’ din id-dixxiplina sportiva u li għal bosta snin lagħbu fil-kompetizzjonijiet u kampjonati ewlenin. Ħafna mill-plejers kienu jagħmlu parti mit-timijiet nazzjonali.
Dawn il-plejers tal-Handball insew ir-rivalita’ sportiva u qattgħu ħin twil jilgħabu l-logħba li tant ikkompetew fiha ħafna snin ilu. Il-plejers kienu ġejjien minn klabbs differenti u ewlenin u t-turnament bejniethom sar fi spirtu sportiv u ta’ hbiberija. L-attivita’ intemmet b’riċeviment li matulu l-istess plejers veterani setgħu jaqsmu l-esperjenzi li kellhom fil-passat. Għalihom kienet esperjenza pożittiva u żgur li se sservi bħala pjattaforma biex fil-futur jerġgħu jiġu organizzati attivitajiet bejniethom ta’ dan it-tip bil-għan li jibqgħu attivi fl-isport.
SportMalta, li hija l-entita’ li tieħu ħsieb il-ġimgħa ewropeja tal-isport f’Malta, fdat lil-assoċjazzjoni maltija tal-Handball bl-organizzazzjoni ta’ din l-attivita’, b’mod speċjali mill-aspett tekniku.
Ir-rappreżentanta ta’ SportMalta Rose Marie Mercieca irringrazzjat lil dawk kollha li ħadu sehem u fakkret li l-għan ewlieni tal-ġimgħa ewropeja tal-isport hija li nkunu dejjem attivi xi ħaġa li l-plejers veterani urew li hija possibli.
L-għada t-tlieta il-Malta Employees Sports Association organizzat ġurnata ta’ sports fil-kumpless ta’ Ħal Kirkop għall-ħaddiema u impjegati. L-attivita’ bl-isem Workplace Sport Event kienet tinkludi turnaments tal-Volleyball, Table Tennis, Futbol tan-Nisa u għall-plejers irġiel ta’ ‘l fuq minn 35 sena flimkien ma’ ġirja ta’ ħames kilometri.
Filgħodu ġie organizzat turnament tal-Volleyball (Mixed), li fih ħadu sehem erba’ timijiet, kif ukoll turnament individwali tat-Table Tennis bis-sehem ta’ disa’ plejers. Wara nofsinhar saru żewġ turnaments tal-football – wiehed għall-irġiel li għalqu l-35 sena fejn hadu sehem sitt timijiet, u ieħor għan-nisa bis-sehem ta’ tlett timijiet. Wara nofsinhar sar ukoll turnament tal-Badminton, li fih hadu sehem sittax -il plejers.
L-ahhar attivita’ kienet il-ġirja ta’ hames kilometri li fiha ħadu sehem 76 atleta, fejn fil-kategorija maskili ħareg rebbieħ Jean Paul Debono mill-Forzi Armati ta’ Malta li għamel ħin ta’ 16-il minuta u 27 sekonda. Fit-tieni post spiċċa Aaron Mifsud (APS Bank) u t-tielet Matthew Xuereb (MCAST). Fil-kategorija femminili, fl-ewwel post spiċċat Margaret Seguna (Mater Dei Hospital) fi 19-il minuta u 34 sekonda. It-tieni spiċċat Caroline Ciappara (Education Dept) u t-tielet Pauline Briffa (St Francis School). L-eta’ tal-parteċipanti kienet tvarja minn 20 sa 60 sena.
Fil-futbol, it-turnament ta’ l-irgiel intrebaħ mill-Universita’, waqt li dak tan-nisa intrebaħ minn selezzjoni minn Għawdex.
Fit-Table Tennis ħarġet rebbieħa Jessica Pace, li kienet l-unika mara minn fost id-disa’ plejers li ħadu sehem.
It-turnament tal-Volleyball intrebah minn Volley Buddies 1 li rebhu t-tliet loghbiet taghhom.
Il-kompetizzjoni tal-Badminton kienet maqsuma fi tlett diviżjonijiet.
L-ewwel diviżjoni intrebħet minn kien Kenneth Vella (Health Dept), it-tieni diviżjoni ġiet mirbuħa minn Rebecca Spiteri (CML Training Centre) filwaqt li fit-tielet diviżjoni kien Joseph Mallia (Malta International Airport) li ħareġ rebbieħ.
L-impjegati parteċipanti kienu ġejjien minn dipartimenti tal-gvern kif ukoll mis-settur parastatali u privat.
Huma kienu maqsuma fi gruppi skond il-wirjiet tagħhom f’attivitajiet u kompetizzjonijiet li l-MESA organizzat fix-xhur li għaddew.
Wieħed jittama li l-ħaddiema parteċipanti jieħdu fuq il-post tax-xogħol tagħhom l-esperjenza ta’ din il-ġurnata ta’ sports u jħajjru lill-impjegati sħabhom sabiex huma wkoll jibdew jinvolvu lilhom infushom fl-isports.
Related Posts
26 Athletes to benefit from Youth Development Scheme
SportMalta and Bank of Valletta support young Athletes 26 athletes will benefit from the second edition of the Youth...
Santa Lucia Jogging Track inaugurated
SportMalta inaugurated the jogging track at Santa Lucia. This project costing 90, 000 euros involved major refurbishment works...