Ftit snin ilu meta kont ghadni fil-qasam gurnalistiku mhux biss kont naghmel programm fuq it-televizzjoni izda anke kont kontributur fuq diversi gurnali bâartikli kollha relatati maâ l-isport. Kont niehu gost li l-qarrejja mhux biss jaqraw dawn il-kummenti izda anke jagghtu ir-reazzjonijiet taghhom. Qed niehu gost li din il-gazetta qed terga taghtini din l-oppotunita wara snin u mill-llum ghal gimghat li gejjien ser inkun qed naqsam maghkhom hsibijiet minn gimgha ta` sport li tkun ghada kif ghaddiet.
SportMalta tirbah il-BeActive Work Place award f âBudapest
Xtaqt illum nitkellem fuq il-Beactive. Dan l-islogan issa sar popolari mhux biss ma` l-Ewropa izda anke maghna il-Maltin. Bi kburija l-ahbar li SportMalta, l-awtorita governativa ta` l-isport li jien naghmel parti minnha rebhet l-unur tal-BeActive Workplace Award mill-Kumissjoni Ewropea. Dan il-premju jaghti rikonoxximent lil haddiema li waqt il-hin ta` xoghol jorganizzaw attivita biex ikunu iktar attivi. Dan il-premju mhux biss jaghti kuragg lilna bhala haddiema biex naghmlu iktar attivita fizika izda jwassal messagg ukoll. Jwassal messagg lil dawn kollha fâpozizzjonijiet ta` tmexxija sabiex jiehdu inizzjattivi u flimkien ma` l-impjegati taghhom fi ftit sieghat matul il-gimgha jorganizzaw attivitajiet sportive. Ghax kif intqakl minn membru tal-gurija waqt is-serata ta` premjazzjoni, haddiema bâsahhtihom, haddiema kuntenti u haddiema kuntenti jaghtu aktar prodott tajjeb.
Xoghol tajjeb mill-MESA
U kif qed nitkellemu fuq attivitajiet fuq il-post ta` xoghol, xtaqt naghti it-tifhir tieghi ghal hidma eccelenti li jaghmlu il-Malta Employers Sport Association. Din l-organizazzjoni torganizza attivitajiet sportive u kompetizzjonijiet varji ghal haddiema ta` entitajiet u dipartimenti governattivi. L-entuzjazmu ta` tmexxija qed jghin biex sena wara sena tikber l-attivita u anke tikber il-partecipazzjoni.   Minn kampjonat tal-futbol li kien jigi organizzat qabel issa ghexieren ta` sport varju qed jigu offruti ghal impjegati ta` civil u mhux biss. Mhux hekk biss izda fâdawn l-ahhar snin, Il-MESA qed tiehu parti attiva anke fâlivell internazzjonali bi timijiet Maltin jiehdu sehem bâsuccess fâkampjonati simili madwar l-Ewropa.
Kummissjoni ghal Intergrita fl-Isport
Inizzjattiva ohra eccelenti li thabbret fl-ahhar jiem kienet dik ta` Segretarju Parlamentari ghal-Isport Clifton Grima li nieda kumissjoni ghal intergrita fl-Isport. Din il-kummissjoni issa hadet il-forma wara li ftit snin ilu l-Malta Football Association bdiet tlaqqa lil partijiet kollha koncernati wara li kien hemm kazi ta` koruzzjoni fl-isport tal-futbol li poggew lil Malta bâmod ikrah fuq ir-radar ta` l-isport Ewropew. Din il-kummissjoni issa tista tkun ta` forcina ghal dawn l-assocjazzjonijiet u klabbs li maâ ghandhomx ir-rizorsi necessarji mhux biss biex jiggieldu il-koruzzjoni ta` kull xorta izda anke biex jinvestigawha. Bla dubju ta` xejn Kumissjoni li ninsab perswaz li ser tiffoka fuq kampanja edukattiva sabiex minn eta zghira lit-tfal sportive taghhna inrawmu kultura ta` sport nadif. Dan biex imbaghad eventwalment dawn it-tfal ikunu l-protagonisti fil-grawnds u barra l-grawnds ta` Sport hieles minn kull dubji. Ninsab konvint li din il-kummissjoni ser thalli l-frott fi snin li gejjien.
Is-Sigurta l-Ewwel
Il-Kaz ta` Yau Mun Law il-plejer ta` 36 sena ta` Santa Venera li nhar il-Hamis li ghadda waqfitlu qalbu waqt li kien qed jilghab fil-grawnd taâ Centinarju igieb maghha riflessjonijiet importanti. Mhux ser nidhol fuq dan il-kaz partikolari ghax hemm investigazzjoni ghadejja u jien ma jien hadd biex nidhol fiha pero xtaqt naghmel ftit riflessjonijiet. Ilna ghal hafna snin nghidu li hemm bzonn li jkun hemm ambulanza fâkull post li jkun hemm il-loghob u mhux biss futbol izda fâkull post li ssir kompetizzjoni sportiva. Din bla dubju igieb spejjez fuq l-assocjazzjoni izda ma` hemm l-ebda spiza meta tqabbilha ma` hajja ta` persuna. Din maâ tghoddx ghal futbol biss izda ghal kull sport kompetittuv iehor. U hekk ambulanza fâkull kompetizzjoni hija impossibli, allura inruidu naraw li fâ kull facilita fejn issir sport ikun hemm first aiders u apparat necessarju sabiex tigi moghtija l-ewwel ghajnuna. Mhux hekk biss izda wiehed ma jriedx jinsa li l-isport ghalkemm huwa tajjeb ghas-sahha igieb ukoll fuq persuna sfidi momentarji u ghalhekk insaqsi hekk hux wasal iz-zmien li assocjazzjonijiet varji jesigu li l-atleti taghhom issirilhom screening fiziku baziku qabel jigu moghtija permess jiehdu sehem. Naf fi cert li l-Kumitat Olimpiku Malti u assocjazzjonijiet kbar jaghmlu dan fuq il-plejers taâ tim nazzjonali pero wiehed jirrealizza li it-testing ta` dawn biss mhux bizejjed. Minn jaf hekk wasalx iz-zmien li jew ikun l-atleta iniffsu li jaghmel testijietr regolari, ghax wara kollox il-hajja hija prezjuza, jew inkellha wasalx iz-zmien ukoll li bhal ma hawn entita li taghmel testijiet regolari kontra id-doping (In-Nado), ikun hemm entita ohra li taghmel testijiet fizici adhoc fuq atleti minn zmien ghal zmien.
Alfred Attard
Xtaqt biex naghlaq dan l-ewwel artiklu tieghi insellem lil habib tieghi Alfred Attard u nixtieqlu fejqan ta` malajr. Alfred apparti kien koc fâdivizzjonijiet differenti huwa il-mistieden residenti fil-programm l-Argument. L-analizi eccelnti tieghu, il-polemici li hafna drabi iqajjem, l-attenzjoni u l-imhabba tieghu lejn il-loghba tal-futbol, ghamlitlu personalita popolari fil-programm. Kuragg Alfred u jâAlla kif ninsab cert ma indumux ma narawk lura fuq it-televizzjoni.
Related Posts
The Sport Promotion Unit trekking programme aims are: To promote trekking activities as a means of education on the Maltese...
Watch the highlight video of this year’s European Week of Sport
A whole month of sport activities and initiatives to promote the message of a healthy lifestyle and #BeActive came down to...