Fil-Jiem li ghaddew sar il-ftuh ufficjali tas-sit il-gdid tal-Hal Far Model Flying Association mis-Segretarju Parlamentari ghar-Ricerka, Innovazzjoni, Zghazagh u Sport Chris Agius fil-prezenza tal-President tal-klabb Arthur Napier fost l-ohrajn.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius waqt l-indirizz tieghu spjega l-intoppi li ntaqghu maghhom fil-mixja sabiex l-assocjazzjoni tinghata dan is-sit minn fejn tista’ topera. Filfatt l-akbar ostaklu kien il-fatt li l-art tinsab f’zona industrijali. Huwa qal li b’rieda tajba minn diversi partijiet intlahaq ftehim b’sodisfazzjoni kbir ghan-numru ta’ dilettanti fi hdan il-klabb. Semma ukoll li fl-isport ma ghandix tidhol il-politika u li l-gurnata tallum tixhed ezattament dan.  Huwa kompla jghid li qieghed jipprova jghin sabiex jintlahqu t-talbiet kbar li qed isiru minn diversi assocjazzjonijiet, ghalkemm dan ma jkunx dejjem possibli.
Il-President tal-assocjazzjoni Arthur Napier semma l-importanza tal-MoU li kien iffirmat ma’ SportMalta. Napier esprima s-sodisfazzjon li l-klabb wasal s’hawn u rringrazzja b’mod partikolari lill-perit li ghen lill-assocjazzjoni. Intant Pierre Bonello, segretarju tal-assocjazzjoni fisser din il-gurnata bhala wahda storika li biha l-assocjazzjoni regghet inghaqdet u ssahhet. Huwa sostna li kien importanti li l-istakeholders bhall-Malta Enterprise kienu involuti sa mill-bidu nett u llkoll gibdu habel wiehed.
Indirizzaw lil dawk prezenti wkoll George Borg Marks, id-direttu tal-Avjazzjoni Civili, Dr Lucianno Busuttil chairman ta SportMalta u David Agius il-kelliem tal-oppozizzjoni ghall-isport.
Related Posts
Maintenance Works At The Taâ Qali Outdoor Gym
SportMalta staff in the last few weeks have been working on maintenance on the machines at the Taâ Qali outdoor gym. Today...
More than a quarter of a million euros distributed this year to sport associations and athletes
The Parliamentary Secretary for Youths, Sports and Voluntary Organisations meets with representations of sports...