Programm taâ l-Ghawm ghall-Iskejjel
Matul is-sena skolastika li ghadha kemm spiccat, bhal ma sar fis-snin precedenti, studenti li jattendu skejjel Primarji u Sekondarji taâ l-Istat, Knisja u Indipendenti kellhom l-opportunita sabiex jesperjenzaw u jitthargu fl-isport akwatiku, principalment fl-ghawm u l-waterpolo gewwa l-pixxina tal-Qroqq.
Il-programmi taâ l-ghawm u l-waterpolo ghall-iskejjel organizzati u kkordinati mill-iSport Promotion Unit (SPU) fi hdan SportMalta, ghandhom l-ghan li jheggu lil tfal u zaghzagh sabiex ikunu fizikament attivi kif ukoll li jhajjru aktar studenti sabiex jibdew jipprattikaw sport akwatiku.  It-tahrig isir taht il-gwida ta coaches kwalifikati li bâdedikazzjoni u professjonalita jwasslu lil istudenti sabiex jakkwistaw il-hiliet fizici necessarji fil-ghawm kif ukoll jizviluppaw it-talenti akwatici taghhom. L-SPU hija kommessa li tikkontribwixxi sabiex jintlahqu l-miri identifikati mill-Istrategija Nazzjonali dwar l-iSport. Ghal dan il-ghan, fâkollaborazzjoni ma l-ASA, l-SPU zviluppat programmi fejn tfal li jeccellaw jew li ghandhom potenzjal li javvanzaw fil-ghawm u l-waterpolo, jigu identifikati minn eta zghira u gwidati sabiex ikomplu jitharrgu u jizviluppaw it-talenti taghhom.
Sena wara l-ohra, il-programmi taâ l-ghawm u l-waterpolo ghall-iskejjel qedin dejjem jizdiedu fil-popolarita. Din is-sena skolastika rat numru record ta partecipanti fil-programmi taâ l-ghawm, fejn xejn inqas minn 15,000 student u studenta li jattendu skejjel mis-setturi kollha edukattivi. Barra minn hekk, l-istudenti li hadu sehem fis-sessjonijiet taâl-ghawm, kellhom l-opportunita li juru l-hiliet li akkwistaw tul is-snin billi hadu sehem fl-InterSchool Swimming Competitions.
Programm iehor zviluppat u kkordinat mill-SPU, hu dak tal-WaterPolo, li dejjem qed izid fil-popolarita tieghu. Wara ghad ta sessjonijiet ta tahrig, 12 âil skola minn skejjel taâ l-Istat, Knisja u Ndipendenti hadu sehem fil-InterSchool Waterpolo Tournament. Dawn huma: St Albert the Great, Archbishopâs Seminary, Mosta Secondary School, National Sports School, Gozo Secondary School, De La Salle College, Zokrija Maria Regina College, St Lucia Secondary, St Martinâs College, St Edwardâs College, San Andrea u St Michael Foundation. Matul il-programm kif ukoll waqt il-kompetizzjonijiet, kien hemm kollaborazzjoni bejn l-SPU kif ukoll il-coaches nazzjonali Karl Izzo u Anthony Farrugia sabiex studenti li jippromettu fâdin id-dixxiplina sportiva jigu gwidati gewwa l-clubs.
 
					   
             
					   
            









