Il-Prim Ministru Joseph Muscat akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima, inawgura l-kumpless tal-football ta’ Marsaskala b’investiment ta’ €2.5 miljun. Dan il-kumpless, mifrux fuq 6,000 metru kwadru, kien tħabbar lura fl-2016 fejn qabel il-plejers ta’ Marsaskala ma kellhomx fejn jitħarrġu.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li llum hi ġurnata pożittiva għal-lokal ta’ Marsaskala u u n-naħa ta’ isfel ta’ Malta peress li l-gvern investa tant f’Marsaskala permezz ta’ żewġ proġetti sportivi li juri kemm is-surplus verament qed jasal għand in-nies u l-komunità. Dan hu mod kif qed jingħata nifs ġdid lill-klabb żagħżugħ ta’ Marsaskala FC f’lokalità fejn l-età qed tiċkien u mhux togħla. L-għan ewlieni hu li din il-faċilità tintuża bl-aħjar mod possibbli biex permezz tal-istrateġija nazzjonali għall-isport indaħħlu mentalità fit-tfal tagħna li mhux biss ikunu parteċipattivi imma rebbiħin, temm jgħid il-Prim Ministru.
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima qal li parti mill-Istrateġija tal-Isport tal-gvern qed tiffoka fuq it-titjib ta’ faċilitajiet tal-isport eżistenti flimkien mal-bini ta’ oħrajn ġodda li qed isseħħ bi pjan għal oqsma ta’ sport differenti. Il-gvern qed jaħdem b’mod kontinwu biex l-isport isir parti mill-ħajja tal-pubbliku ġenerali.
Dan il-gvern qed ikompli jwettaq ħolma oħra f’realtà, din id-darba fil-lokalità ta’ Marsaskala li għall-ewwel darba se tgawdi minn faċilità sportiva. Dan il-proġett hu ħolqa oħra f’katina ta’ investiment f’faċilitajiet sportivi ġodda madwar il-gżejjer Maltin bħall-proġett state-of-the art tax-Shooting Range f’Ta’ Kandja u l-pixxina indoor fil-Kottonera. L-għan ewlieni hu li l-isport ikun parti ċentrali fil-ħajja ta’ kull individwu, qal is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima.
Il-Kap Ezekuttiv ta` SporMalta Mark Cutajar qal li progett bhal dan mhux biss qed jghin lil klabb izda qed jghin ukoll lin-nies kollha skallin. Kemm l-iskejjel tal-lokal kif ukoll ghaqdiet varji ser ikunu qed jaghmlu uzu minn dan il-kumpless grazzi ghal agreement bejn SportMalta u Marsascala Football Club.
Luciano Busuttil, cermen ta` SportMalta sahhaq li l-entita tinsab komessa biex tkompli tahdem iktar ghal gid ta` l-isport. Huwa semma li minn dawn it-tfa;l li jippratikkaw f’dawn il-facilitajiet jistghu johorgu it-talenti ta` ghada.
Il-kumpless sportiv jinkludi ground tal-ogħla livell approvat mill-FIFA u kwartieri għall-klabb tal-football kemm tal-kbar u anke tan-nursery. Il-faċilità hi mgħammra wkoll b’dressing rooms, sala tal-konferenzi, uffiċini u ristorant li jista’ jiġi kummerċjalizzat.
Din il-faċilità tinkludi wkoll ġibjun biex jinġabar l-ilma u jkun qed jitħares ukoll l-ambjent. Il-ground, anke permezz ta’ qbil bejn Marsaskala FC u SportMalta, se jkun jista’ jiġi utilizzat filgħodu mill-iskejjel tal-lokal u anke minn soċjetajiet diversi f’Marsaskala biex b’hekk ikun qed jiġi massimizzat il-potenzjal ta’ din il-faċilità.
Related Posts
The European week of Sport closes at Kirkop with #BeActive Night.
A full week of events and activities all over Malta and the other 28 European Member States will come to an end this Saturday...
President Fun Run New Date Announced
After it was postponed due to bad weather, the President’s Solidarity Fun Run is being held on January 26th from Rabat,...