Waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-inħawi Ta’ Żwejt fil-lokalità ta’ San Ġwann, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima ħabbar proġett b’investiment ta’ €600,000 mifrux fuq sentejn għal siti varji li jinvolvi spazji miftuħa fil-qasam sportiv madwar Malta u Għawdex.
Il-proġetti u l-lokalitajiet identifikati sa issa huma fil-lokalità ta’ Ħal Far fil-laboratorju tal-paċi fejn se jiġi żviluppat outdoor gym; se jiġi żviluppat outdoor gym f’Ta’ Żwejt, fil-lokalità ta’ San Ġwann; se jiġu rinovati l-playing field u l-pitch fi Triq Falaise fil-lokalità ta’ Pembroke; u se ssir manutenzjoni fil-faċilità tad-diżabilità li tinkludi basketball court wara l-Faċilità Korretiva ta’ Kordin fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid.
Fid-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima saħaq li b’dan l-investiment bosta familji se jgawdu minn spazji miftuħa fil-lokalitajiet tagħhom li jinkludu wkoll manutenżjoni ta’ pitches. Clifton Grima rringrazzja lil Sport Malta tax-xogħol siewi tagħha f’dan il-proġett fejn tinsab għaddejja bl-assessjar ta’ siti differenti madwar Malta u Għawdex biex jiġu trasformati għal faċilitajiet sportivi li se jservu ta’ rikreazzjoni għall-familja kollha.
Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima spjega li dawn l-spazji pubbliċi f’bosta lokalitajiet se jkunu ta’ opportunità biex wieħed jirrikorri aktar għal attività fiżika. Dawn il-faċilitajiet se jiġu mibnija mill-ġdid jew rinovati bil-potenzjal tagħhom li jgħaqqdu l-komunitajiet aktar flimkien fejn hemm lok ta’ aktar interazzjoni soċjali”, żied jgħid Clifton Grima.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Sport Malta Mark Cutajar saħaq dwar l-importanza li għandhom l-isport u l-attività fiżika sabiex wieħed jgħix ħajja sana. Għal dan il-għan faċilitajiet sportivi ta’ kwalità huma ta’ ħtieġa fundamentali għax joffru lok adattat u sigur fejn wieħed jista’ jkollu esperjenza sportiva pożittiva. Faċilitajiet ta’ dan it-tip, iservu wkoll ta’ ċentri għall-komunità fejn issir interazzjoni soċjali f’ambjent san. Ir-rinovar u l-kreazzjoni ta’ dawn il-faċilitajiet esterni jassiguraw il-protezzjoni ta’ spazji pubbliċi li huma aċċessibli għal kull min jixtieq jagħmel sport jew attività fiżika f’post a dattat. Huwa fil-ħsieb ta’ Sport Malta li jinvesti f’outdoor gyms, parks għall-familja, jogging tracksu walking trails filwaqt li jieħu miżuri favur l-ambjent.
Related Posts
Local Athletes Join SportMalta’s Campaign #BeActiveAtHome
Local Athletes Jake Vella, Jake Muscat, Yazmin Zammit Stevens, Lisa Mare Bezzina, Jordan Camilleri, Alex Borg, Mya Azzopardi,...
Online kick off meeting for SKILLS project.
On the 3rd of July 2020 the kick off meeting was held for a transnational project which will analyse and promote skills and...