SportMalta flimkien mal-Kummissjoni Għolja Awstraljana għal Malta laqqgħu flimkien diversi stakeholders sabiex jiddiskutu t-tema l-Isport bħala pjattaforma għall-inklużjoni soċjali.
F’din id-diskussjoni li kienet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius u l-Eċċellenza Tagħha Jane Lambert ħadu sehem numru ta’ kelliema li kollha jirrapreżentaw oqsma differenti tas-socjeta’b’rabta diretta jew indiretta mal-kamp sportiv fosthom rapreżentanti mill-Insitute of Physical Education and Sport (IPES), Gozo Sports Board, Direttorat tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, SportMalta, is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Isport, l-Kumitat Olimpiku Malti, il-Malta School Sport Federation (MSSF), in-National Commission for the Promotion of Equality (NCPE), mill-The President’s Foundation for the Wellbeing of Society u Grant Williams mill-programm Auskick li kien imniedi f’pajjiżna dan tmiem il-ġimgħa. Id-diskussjoni tmexiet mill-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta is-Sur Mark Cutajar.
Isemmew diversi temi ta’ kif l-isport għandu jservi ta’ pjattaforma biex jindirizza l-inklużjoni soċjali fosthom kif aktar ċittadini, speċjalment dawk li ġejjin minn minoritajiet, ikunu attivi. Kif SportMalta tibqa’ toffri sessjonijiet bi prezzijiet ridotti, bl-aħjar kowċes u faċilitajiet. Kif x-xandir għandu jgħin biex jattira ċittadini minn diversi sferi tas-soċjeta’ u kif l-istess xandir jagħti spazju lill-sport differenti u ġeneri differenti fosthom l-isport femminili. Kien diskuss l-isport fl-iskejjel, il-problemi li jiltaqgħu magħhom l-edukaturi u kif l-attivita’ fiżika tista’ tiżdied. L-involviment tal-Kunsilli Lokali kien wkoll imsemmi. Ideat oħra nkludew kif għandu jiġi utilizzat kull spazju li jeżisti kif ukoll il-kollborazzjoni bejn stakeholders differenti biex flimkien ikomplu iqattru l-kultura sportiva.
L-attivita’ tallum hija waħda mid-diversi attivitajiet li qegħdin isiru b’rabta maż-żjara ta’ Grant Williams, li huwa l-Kap tal-Komunità u l-Iżvilupp Internazzjonali tal-logħba tal-Football Awstraljan. Huwa jinsab f’pajjiżna biex jippromwovi l-programm Auskick kif ukoll iħarreġ kowċes biex SportMalta ikun jista’ joffri dan il-programm fix-xitwa. Filfatt il-bieraħ itella’ Sport Carnival fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa fejn hawnhekk it-tfal kellhom l-opportunità jiltaqgħu ma’ Grant Williams u jesperjenzaw din il-logħba.
Minbarra hekk huwa ser jkun qed jagħti s-sehem tiegħu fi sports day li ser tkun qed issir fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop u ser ikun qiegħed iżur ukoll l-Iskola Primarja ta’ Marsaxlokk biex jaqsam din l-esperjenza mal-istudenti.
Related Posts
Jintemm proġett ieħor relatat mal-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq
Illum saret l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-Proġett tal-ERDF 339 li huwa proġett li jwassal biex tinħoloq aktar enerġija...
This was the European School Sports Day 2018
This was the European School Sports Day 2018