KATEGORIJA SPORTIV TAS-SENA
- Keith AZZOPARDI – Kickboxing
Rebaħ it-titlu dinji fi Franza fil-kategorija featherweight bir-regoli full contact. Ġimgħatejn wara rebaħ it-titlu dinji PRO K1 f’Malta. L-ewwel Malti li ġġieled kickboxing fl-Octagon u rebaħ.
- Gianluca CHETCUTI – Sparar
Iddefenda b’suċċess il-midalja tad-deheb li kien rebaħ f’San Marino fl-2017 hekk kif rebaħ il-midalja tad-deheb fid-double trap waqt il-logħob tal-pajjiżi żgħar li saru fil—Montenegro.
- Rodney GATT – Tiġrijiet taż-Żwiemel
L-ewwel Malti li kkwalifika għall-Kampjonat tad-Dinja għas-sewwieqa professjonali bis-serkin li sar fuq 6 t’ijiem b’24 tiġrija f’ħames koros differenti fl-Isvezja. Irnexxielu wkoll jirbaħ tiġrija u spiċċa fil-11 il-post fil-klassifika finali. Champion ta’ Malta għat-tielet sena konsekuttiva fejn rebaħ l-aqwa żewġ unuri lokalment it-Tazza l-Kbira kif ukoll it-Tazza tal-President.
- Jordan GUSMAN – Atletika
Rebaħ żewġ midalji tad-deheb fil-5000 metru u 10,000 metru kif ukoll midalja tal-fidda fl-1500 metru waqt il-logħob tal-Pajjiżi Żgħar fil-Montenegro. Waqqaf rekord nazzjonali ġdid fl-10,000 metru.
- Scott MUSCAT – Pool
Sar champion Ewropew ta’ taħt it-23 sena fil-kampjonati tal-pool li saru fl-Irlanda.
KATEGORIJA SPORTIVA TAS-SENA
- Sue ABELA – Ten Pin Bowling
Abela kellha midalja tad-deheb fid-Doubles u tliet Midalji tal-Fidda fis-Singles, All Events u Masters waqt il-Kampjonat tal-Mediterran. Saret l-ewwel mara Maltija li lagħbet logħba perfetta (300 punt). Champion Nazzjonali għat-23 darba li hu rekord fih innifsu.
- Mya AZZOPARDI – Għawm
Rebbieħa ta’ tliet midalji tal-bronz fil-200 metru Individual Medley, 4 x 100m Freestyle Relay u 4 x 200m Freestyle Relay waqt il-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar fil-Montenegro. Irnexxielha tistabbilixxi 12 il-rekord nazzjonali. Ikkwalifikat għall-Kampjonati tad-Dinja ta’ l-għawm tal-kbar fi Gwanju, il-Kampjonati tad-Dinja taż-żgħar f’Budapest u l-Kampjonati Ewropej taż-żgħar fir-Russja.
- Eleanor BEZZINA – Target Shooting
Kisbet il-midalja tad-deheb fit-10m Air Pistol waqt il-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar fil-Montenegro. Iklassifikat fir-4 post fl-International Shoot tal-Olanda. Waqqfet rekord nazzjonali ġdid fl-Air Pistol u ikklassifikat fil-15 il-post fil-kampjonati Ewropej.
- Lisa Marie BEZZINA – Atletika
Rebħet żewġ midalji tad-deheb fil-5000 metru u l-10000 metru waqt il-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar fil-Montenegro. . It-3 post fin-nofs maratona tan-nisa ta’ Sevilja minn 11,000 atleta. Rebħet in-nofs maratona tan-nisa ta’ Pisa għat-3 sena konsekuttiva fejn kisret ir-rekord Nazzjonali ta’ Carol Walsh li kien ilu eżistenti għal bosta snin. Rebbieħa wkoll fl-10,000 metru fil-Kampjonat Nazzjonali.
- Yasmin ZAMMIT STEVENS – Weightlifting
Fil-Kampjonat Ewropew għall-Pajjiżi Żgħar spiċċat l-ewwel fil-Women Overall, it-tieni fil-Women’s Team u t-tielet fil-Mixed Team, it-tielet fit-Tazza tal-Mediterran f’San Marino kategorija 71 kilogramma, fis-17-il post fil-Kampjonat Dinji f’Pattaya kategorija 71 kilogramma u fit-18 il-post fil-Kampjonat Ewropew f’Batumi kategorija 64 kilogramma. Kisret 21 rekord nazzjonali u tinsab irrenkjata fid-59 post fl-Olympic World Rankings.
KATEGORIJA KOWĊ TAS-SENA
- Jesmond CARUANA – Weightlifting
Jikkowċja diversi atleti li kisbu suċċess internazzjonalment fosthom Yasmin Zammit Stevens u Tenishia Thornton. Organiżża il-Kampjonat tal-Pajjiżi Żgħar Ewropej kif ukoll l-International Open ta’ Malta. Mexxa kompetizzjoni ta’ kwalifikazzjoni Olimpika fl-Isvizzera.
- Edward CARUANA DINGLI – Sport Paralimpiku
Eks-għawwiem mat-tim nazzjonali li qed jagħti sapport lil Kumitat Paralimpiku Malti. Matul l-2019 kien il-Head Coach u Team Leader tat-tim paralimpiku tal-għawm li ħadu sehem fil-kampjonati tad-Dinja tal-paraswimming fl-Ingilterra u fil-World Series fl-Italja.
- Gabriel DOBRE – Futsal
Mexxa lit-Tim tal-Luxol sabiex għat-tieni darba fl-istorja għaddew għar-rawnd prinċipali tal-UEFA Champion League fejn fil-grupp mal-aqwa 32 inkiseb punt.
- Karl IZZO – Waterpolo
Kowċ tat-timijiet Nazzjonali tal-Kbar u taħt is-17 il-sena li t-tnejn li huma kkwalifikaw għall-Kampjonati Ewropej. It-tim ta’ taħt is-17 il-sena għadda għall-fażi finali u spiċċa fit-12 il-post.
- Noel MERCIECA – Kickboxing
Kowċ ta’ Keith Azzopardi, Diane Schembri Xerri u Wendy Amber Pace li kisbu suċċessi internazzjonali matul l-2019 fosthom midalji tad-deheb, fidda u bronze fil-kampjonati tad-Dinja ta’ l-amateurs li saru fl-Irlanda. Kien il-kowċ ta’ Keith Azzopardi fiż-żewġ rebħiet tat-titli dinji tal-World Kickboxing Network.
KATEGORIJA UFFIĊJAL TAS-SENA
- Julian BAJADA – Sport Paralimpiku
Kien strumentali sabiex jitwaqqaf il-Kumitat Paralimpiku Malti fejn ukoll ħadem bis-sħiħ sabiex affiljaw ruħhom mal-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali bil-benefiċċji kollha li din l-affiljazzjoni ġġorr magħha għat-titjib ta’ l-isport Paralimpiku lokali u għajnuna għall-atleti.
- Terry CAMILLERI – Snooker
Kien strumentali fil-logħba tas-snooker f’Malta kif ukoll barra mill-pajjiż. Huwa kkunsidrat bħala referi li laħaq livell tajjeb sal-kampjonati tad-dinja tant li kkontrolla logħbiet bejn l-aqwa pleyers mondjali fl-ogħla livell ta’ l-isnooker mondjali.
- Joe CARUANA CURRAN – Waterpolo
Kien fil-presidenza u l-persuna li flimkien mal-kowċ u l-assistent kowċ jgħin lit-tim nazzjonali tal-waterpolo tal-kbar jikkwalifika għat-tielet darba konsekuttiva għal Kampjonati Ewropej. Kien parti ukoll mill-kwalifikazzjoni tat tim taħt is-17 il sena għall-istess kampjonati. Taħt il-Presidenza tiegħu Malta kisbet 10 midalji fil-GSSE fil-Montenegro, tlieta aktar mill-edizzjoni preċedenti. Diversi għawwiema kisru wkoll r-rekords nazzjonali matul is-sena 2019.
- Bernard VASSALLO – Basketball
Referee internazzjonali Malti tal-basketball li ilu jaħdem sabiex jara il-livell tal-logħba titjieb speċjalment fejn jidħlu r-regoli. Kien wieħed mir-referees prinċipali tal-Kampjonati Ewropej taht it-18 -il sena . Fl-2019 ikkontrolla total ta’ 31 logħba Ewropeja. Kien ukoll referee fil-logħob tal-pajjiżi żgħar fil-Montenegro. Huwa wkoll referee instructor tal-FIBA fejn jagħti taħriġ lil-referees inkluż dawk ġodda. Responsabbli mill-promozzjoni tal-basketball fl-iskejjel u direttur tar-Refereeing u Media fi ħdan l-MBA.
- John ZAMMIT – Ċikliżmu
Matul is-sena 2019 irċieva diversi unuri għax-xogħol tiegħu fil-qasam taċ-Ċikliżmu fosthom il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika, l-inklużjoni fil-Hall of Fame tal-Kumitat Olimpiku Malti kif ukoll il-UCI Merit Award f’Harrogate
KATEGORIJA ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA
- Kayden LAGANA’ (dob 14/11/2007) – Ten Pin Bowling
Fit-Tour Ewropew taż-Żgħar irnexxielu joħroġ rebbieħ fil-Youth Open ta’ Nieuwegian l-Olanda u fil-kategorija taħt it-13 il-sena rebah kemm l-Irlanda kif ukoll Zurich. Fil-Belġju huwa spiċċa t-tieni. Champion Malti ta’ taħt it-tnax il-sena
- Jake MUSCAT (dob 08/02/2003) – Waterpolo
L-aqwa plejer tas-sena ta’ taħt is-17- il sena. Jifforma parti mit-tim nazzjonali ta’ taħt is-17 il-sena li spiċċaw fit-12 il-post fil-Kampjonati Ewropej. Beda jissejjaħ mal-iskwadra ewlenija tat-tim Nazzjonali. Kien top scorer fil-Comen Cup ta’ taħt is-17 il-sena. Ifforma parti ntegrali mit-tim ta’ Neptunes li rebaħ erba’ unuri fl-2019. Fil-Kampjonati Ewropej ma spiċċax top scorer għal goal wieħed. Għall-ewwel darba beda esperjenza fil-Montenegro ma’ Jadran Carine.
- Richard SCHULTHEIS (dob 18/04/2005) – Ibburdjar
Spiċċa fit-tieni post fil-Kampjonat tad-Dinja Optimist f’Antigua. L-iżgħar skipper fir-Rolex Middle Sea Race. Ipparteċipa u rebaħ kważi 20 regatta matul is-sena 2019.
- Nico SCIBERRAS (05/05/2004) – Sparar
L-iżgħar tiratur trap fil-Federazzjoni Maltija. Irnexxielu jirbaħ tliet kompetizzjonijiet lokali meta ħa sehem kontra l-aktar tiraturi stabilliti lokalment. F’Marzu irnexxielu jirbaħ l-E.A.R. Trap Trophy kontra William Chetcuti.
- Jeremy ZAMMIT (02/09/2004) – Atletika
Rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Long Jump fil-European Kids Athletic Games b’rekord tal-logħob u best technical achievement minn 1500 atleta minn 20 pajjiż. Rekord Nazzjonali għal taħt is-16 il-sena fil-Long Jump
KATEGORIJA ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA
- Mya AZZOPARDI (29/09/2002) – Għawm
Rebbieħa ta’ tliet midalji tal-bronz fil-200 metru Individual Medley, 4 x 100m Freestyle Relay u 4 x 200m Freestyle Relay waqt il-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar fil-Montenegro. Irnexxielha tistabbilixxi 12 il-rekord nazzjonali. Ikkwalifikat għall-Kampjonati tad-Dinja ta’ l-għawm tal-kbar fi Gwanju, il-Kampjonati tad-Dinja taż-żgħar f’Budapest u l-Kampjonati Ewropej taż-żgħar fir-Russja.
- Sarah CHOUHAL (06/05/2003) – Atletika
Rebbieħa ta’ midalja tad-deheb fil-Hammer, midalja tal-fidda fir-Relay u Bronze fl-400 metru u t-800 metru waqt il-logħob tal-COJI. Kisbet rekord nazzjonali ta’ taħt it-18 il-sena fil-Hammer. Fil-logħob tal-FISEC rebħet midalja tal-bronze fil-400 u żewġ midalji tal-fidda fir-relays. Ħadet sehem mat-tim nazzjonali tal-kbar fil-4 x 400 fil-European team Championships li saru l-Kroazja. L-aqwa atleta tas-sena taħt it-18 il-sena.
- Francesca CURMI (07/07/2002) – Tennis
Waslet sas-semi finali tad-doubles tat-tfajliet tal-Australian Open Junior Championship Grand Slam. Rebħet midalja tal-fidda fid-doubles waqt il-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar il-Montenegro.
- Helene PELLICANO (17/04/2002) – Tennis
Hija l-ogħla ranked tennis player Maltija b’WTA ranking ta’ 710 u ITF junior ranking ta’ 23. Waslet sat-tieni round tas-singles main draw fir-Roland Garros u Wimbledon Junior Grand Slams. Waslet sal-kwarti tal-finali fid-doubles ta’ l-Australian Open Junior Grand Slam
- Tenishia THORNTON (01/09/2005) – Weightlifting
Rebbieħa tal-Women Grand Prix fis-Slovenja taħt il-15 il-sena u l-European Small Nations li sar f’Malta taħt is-17 il-sena. Il-ħames fil-Kampjonat Ewropew għal taħt il-15-il sena fil-kategorija 45 kilogramma fejn waqqfet żewġ rekords Ewropej fil-kategorija snatch. Diversi riżultati mill-ewwel sat-tielet post f’kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali. Kisret 144 rekord nazzjonali. L-ewwel Maltija li rnexxiela titla’ livell Platinum.
KATEGORIJA TIM TAS-SENA
- FUTSAL – Tim tal-Luxol
Rebbieħa ta’ tliet logħbiet fil-UEFA Champions League Preliminary Round sabiex ikkwalifikaw għall-Main Round u irnexxielhom jieħdu punt fi grupp iebes.
- IBBURDJAR – Elusive 2
Rebbieħa ta’ l-40 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race kif ukoll it-tellieqa minn Sirakuża sa’ Malta, l-Offshore Challenge tar-Royal Malta Yacht Club u il-BOV Gozo Regatta.
- MOTORSPORT – Mr Whippy Racing Team
Rebbieħa ta’ l-FIA European Drag Racing Final wara li kienu ilhom ma jikkompetu internazzjonalment għal 5 snin. Spiċċaw it-tielet overall fil-Kampjonat FIA.
- SNOOKER – Tim Kampjonat Ewropew kompost minn Tony Drago u Duncan Bezzina
Rebbieħa tal-Kampjonat Ewropew li sar is-Serbja
- TEN PIN BOWLING – Tim tan-Nisa Kampjonat tal-Mediterran kompost minn Sue Abela u Sara Xuereb
Dan it-tim kiseb il-midalja tad-deheb fil-Kampjonat tal-Mediterran li sar Malta b’numru rekord ta’ parteċipanti.
- WATERPOLO – Tim Nazzjonali
Għat-tielet sena konsekuttiva kkwalifika għall-Kampjonat Ewropew
KATEGORIJA – PEOPLE CHOICE AWARD
- CLAIRE AZZOPARDI – Atletika
Rebħet midalja tal-fidda fil-Long Jump waqt il-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Montenegro. Waqqfet rekord nazzjonali ġdid fit-Triple Jump.
- ANTONIO FLORES – Sport Paralimpiku
Fis-sena 2019, ikkompeta fil-logħob Para Olimpiku. Lokalment ħa sehem fil-100m f’ħin ta’ 12.89s kif ukoll fil-World Para Athletics Paris Grand Prix kemm fil-100m u 200m bi preparazzjoni għall-logħob paraolimpiku ta’ din is-sena.
- RODNEY GATT – Tiġrijiet taż-Żwiemel
L-ewwel Malti li kkwalifika għall-Kampjonat tad-Dinja għas-sewwieqa professjonali bis-serkin fejn irnexxielu wkoll jirbaħ tiġrija. Champion ta’ Malta għat-tielet sena konsekuttiva fejn rebaħ kemm it-Tazza l-Kbira kif ukoll it-Tazza tal-President.
- TENISHIA THORNTON – Weightlifting
Rebbieħa tal-Women Grand Prix fis-Slovenja taħt il-15 il-sena u l-European Small Nations li sar f’Malta taħt is-17 il-sena. Il-ħames fil-Kampjonat Ewropew għal taħt il-15-il sena fil-kategorija 45 kilogramma fejn waqqfet żewġ rekords Ewropej fil-kategorija snatch. Diversi riżultati mill-ewwel sat-tielet post f’kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali.
- JAKE VELLA – Triathlon
Għalkemm ibati mill-kundizzjoni rari tar-ROHAD, huwa jipprattika l-isport tat-triathlon. Is-sena l-oħra għamel għawma ta’ ġbir ta’ fondi għall-annimali abbandunati mill-gżejjer ta’ San Pawl sa’ San Pawl il-Baħar. Id-determinazzjoni tiegħu hija waħda li tagħmel kuraġġ lil kulħadd.
Related Posts
We were Inpulse and these were the ideals that we strived to uphold. In the end, it was the talented people and the unmatched...
It-Tieni Bronz Ghal Malta fi loghob tal-Commonwealth f’Gold Coast
Is-Segretarjat Parlamentari ghal l-isport u SportMalta jifirhu it-tiratur ta’ Trap Brian Galea li dalghodu rebha medalja...