Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima wera sodisfazzjon għall-ħidma li qed issir fuq it-tieni fażi tal-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali b’investiment ta’ madwar €1 miljun li huwa ffinanzjat permezz tal-iskema ta’ finanzjament għall-għaqdiet sportivi amministrata minn SportMalta.
Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima saħaq li wara t-tlestija b’suċċess tal-ewwel fażi ta’ dan il-proġett, li bażikament kienet tikkonsisti fl-irranġar tal-istruttura oriġinali tal-azzar tal-padiljun kif ukoll fit-tiġdid tal-binja minn barra, issa bdew it-tieni fażi tal-proġett f’Ta’ Qali.
Huwa spjega kif it-tieni fażi se tikkonsisti fit-twaqqigħ komplet tal-istrutturi interni kollha madwar il-court fil-padiljun u se jinbnew erba’ stands ġodda għall-ispettaturi billi se jinbidlu ż-żewġ stands oriġinali fil-ġnub tal-court u se jiżdiedu 2 stands oħra wara l-baskets.
Minbarra l-istand għall-VIPs, l-istands il-ġodda se jiżguraw li l-faċilità tikseb żieda konsiderevoli fil-kapaċità tal-ispettaturi kif ukoll standards aħjar dwar l-aċċessibbiltà għal persuni bi bżonnijiet speċjali, f’konformità mal-istandards mistennija llum.
Railings ġodda se jiġu installati u l-court se jkun imdawwar b’tampered glass li se jttejjeb l-esperjenza tal-logħob. Il-proġett se jinkorpora wkoll il-kostruzzjoni ta’ changing rooms, toilets ġodda u spazju ddedikat għall-uffiċini għall-Assoċjazzjoni tal-Basketball Maltija.
Huwa qal li din il-faċilità se tkun ukoll parti mill-Infrastruttura Nazzjonali disponibbli għall-Logħob tal-Pajjiż ż-Żgħar tal-Ewropa (GSSE) li se jsiru f’Malta fl-2023.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar saħaq li dan huwa wieħed minn serje ta’ proġetti li se jinfetħu sal-2023, is-sena tal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar. Huwa qal li SportMalta taħdem id f’id mal-għaqdiet sportivi sabiex ikollna faċilitajiet fost l-aqwa fl-Ewropa.
Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Basketball Paul Sultana qal li l-padiljun il-ġdid sar bl-għajnuna tal-gvern u allura bix-xieraq li l-MBA tagħti xi ħaġa lura lill-komunità filwaqt li tiżgura li l-faċilitajiet ikunu utilizzati mill-aħjar mod possibbli. Huwa qal li l-Assoċjazzjoni hija kommessa li tkompli taħdem id f’id ma’ SportMalta sabiex jitkabbar aktar l-isport b’mod partikolari il-basketball f’pajjiżna.
Related Posts
Karl Izzo visiting schools ahead of the Interschool’s Swimming Event
Throughout the scholastic year, SportMalta has been committed towards the promotion of waterpolo amongst school children....
SportMalta announces that Dr. Chris Bonett has been appointed as the new Acting CEO. Dr. Bonett’s appointment as Acting CEO...