Total ta’ 400 student mis-sitt sena ta’ bosta skejjel primarji ħadu sehem f’attivitajiet ta’ sport akwatiku f’Birżebbuġa. Avveniment li sar għat-tielet sena konsekuttiva u li kien organiżżat mis-sezzjoni tal-edukazzjoni fiżika fi ħdan id-dipartiment tal-edukazzjoni bil-kollaborazzjoni ta’ Sport Malta u l-Birzebbuga Aquatic & Sports Club.
Inizjattiva li bdiet tlett snin ilu bħala pjan ta’ ħidma mill-iskola primarja ta’ Birżebbuġa bil-għan li taħdem flimkien mal-klabbs tal-komunita’.
Din is-sena l-avveniment kiber sew tant li fih ipparteċipaw disa’ skejjel differenti. L-iskejjel parteċipanti kienu dawk ta’ Birżebbuġa, il-Qrendi, Hal Safi, l-Mqabba, Hal Għaxaq, il-Gudja u ż-Żurrieq mill-kulleġġ San Benedittu flimkien ma’ dawk ta’ Hal Luqa u ż-Żejtun minn kulleġġi oħra.
Din is-sena apparti l-għalliem tal-edukazzjoni fiżika tal-iskola primarja ta’ Birżebbuga ħadu sehem ukoll għalliema ta’ skejjel oħra grazzi għall-kollaborazzjoni tas-sezzjoni tal-għalliema tal-edukazzjoni fiżika fi ħdan id-dipartiment tal-edukazzjoni. Din is-sezzjoni offriet is-servizz ta’ numru sabiħ ta’ għalliema bħala parti mill-programm Active Fridays u dan għen sabiex l-avvenimet kiber.
Minn mindu fetaħ il-bibien tiegħu il-Birzebbuga Aquatic & Sports Club mill-ewwel ikkollabora f’din l-jnizjattiva. Il-klabb offra l-użu tal-pixxina u l-esperjenza tal-coaches tiegħu.
Huma għenu sabiex għall-istudenti parteċipanti, din l-attivita’ isservi bħala esperjenza ta’ divertiment kif ukoll ta’ tagħlim.
Ċertu skejjel kellhom aktar minn sezzjoni waħda ta’ taħriġ sabiex jagħtu lit-tfal aktar opportunita’ ta’ tagħlim.
Sadattant il-klabb kien qed jinkoraġġixxi lil dawk l-istudenti li wrew potenzjal sabiex jibdew jitħarrġu fl-għawm u l-Waterpolo b’mod regolari.
Related Posts
European Week of Sport ta’ Kandja Event
On the occasion of the European Week of Sport on Sunday 26 September 2021 at the National Shooting Complex of Candia, a...
This was the European School Sports Day 2018
This was the European School Sports Day 2018