Il-Prim Ministru qal li permezz ta’ dan il-proġett il-gvern qed ikompli jinvesti fil-komunità ta’ Marsaskala billi jagħti żvog lit-tfal u liż-żgħażagħ tal-lokal li ħaqqu faċilitajiet għall-familji u kumpens ambjentali għall-iżvilupp industrijali li sar matul is-snin. Qal li l-gvern għandu viżjoni għall-waterpolo u jrid li f’dan l-isport inkomplu niksbu aktar riżultati tajbin u ngħollu l-livell.
Is-Segretarju Parlamentari spjega li l-proġett immexxi minn Sport Malta se jkun ta’ livell internazzjonali fejn jista’ jintlagħab logħob tal-waterpolo kif ukoll taħriġ tal-għawm. Il-proġett, li mistenni jitlesta fl-2020, se jikkumplimenta l-Istrateġija Nazzjonali għall-Isport. Din hi turija ċara li l-gvern hu impenjat li jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura sportiva biex ikompli jgħolli u jilħaq livelli ta’ suċċess fl-isport f’pajjiżna.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Sport Malta Mark Cutajar qal li dan l-proġett hu parti minn serje ta` proġetti oħra relatati mal-isport akwatiku. Barra l-proġett tal-pixxina ta’ Birżebbuġa u l-pixxina indoor fil-Kottonera li tinsab fit-tielet u fl-aħħar fażi tagħha, din il-pixxina se toffri iktar possibbiltajiet ta’ taħriġ għall-atleti u għal min irid juża l-għawm bħala eżerċizzju fiżiku. Qal li kif titlesta din il-pixxina, Sport Malta se jgħin lill-klabb biex il-pixxina tkun tista’ tiġi użata matul is-sena kollha mhux biss mill-klabbs tal-lokal iżda anke minn klabbs oħra fil-madwar.

“Prime Minister Joseph Muscat announces new Marsaskala Waterpolo Pitch 11/05/2019
ATTN: PRESS RELEASES
To issue first thing tomorrow “
Din il-faċilità ta’ livell internazzjonali se tkun tista’ tospita logħob tal-waterpolo internazzjonali kif ukoll tkun faċilità għat-taħriġ tal-għawm u tal-waterpolo. Il-faċilità se tkun mgħammra bl-aħħar teknoloġija favur l-ambjent f’dak li għandu x’jaqsam mat-tisħin u mal-ħażna tal-ilma. Il-pixxina l-ġdida se tiġi żviluppata fiż-żona magħrufa bħala tas-‘Siberia’ li tinsab eżattament in-naħa l-oħra tal-pitch eżistenti.
Il-faċilità ħa tkun maqsuma fuq żewg livelli. Fil-livell ta’ fuq se jkun hemm żona tal-promenade fejn wieħed ikun jista’ jara l-attività minn fuq deck area fejn ħa jkun hemm ristorant. Il-faċilità se tkun mgħammra b’changing rooms, kmamar għall-ħażna tal-oġġetti, kmamar attrezzati għall-ewwel għajnuna u kmamar b’użu differenti għall-kumitat tal-klabb. Fil-livell ta’ taħt l-art se jkun hemm l-imħażen tar-ristorant u tal-klabb, reservoir tal-ilma, back wash tal-pixxina, kamra bil-pompi, pompi għat-tisħin u ballast tanks tal-pixxina.
Related Posts
15 Secrets Of it Transformation
We were Inpulse and these were the ideals that we strived to uphold. In the end, it was the talented people and the unmatched...
250,000 euros financial assistance presented by SportMalta to sport associations and athletes
250,000 euros financial assistance presented by SportMalta to sport associations and athletes during the first ceremony for...