Hekk kif fadal biss ftit jiem biex jingħata bidu għall-programm On The Move Skolasport kollox jinsab lest biex nhar is-Sibt li ġej Sportmalta jiftaħ il-bibien tiegħu lil fuq minn 5000 parteċipant li bejniethom se jkunu qegħdin jieħdu sehem f’55 dixxiplini sportivi mmexxija minn madwar 200 kowċ professjonali. Se jinżammu d-dixxiplini popolari mal-parteċipanti bħall-żfin, ġinnastika, basketball, u għawm flimkien mas-sessjonijiet ‘FUNdamentals’ u ‘Mini-Games’ immirati għat-tfal bejn l-4 u l-10 snin li għandhom l-għan li jintroduċi divesi ħiliet sportivi bażiċi fost it-tfal. Iżda ġew ntrodotti wkoll dixxiplini ġodda fosthom l-Futsal u l-Ġinnastika Ritmika li diġa kellhom suċċess kbir fil-programm Summer On The Move.
Matul is-sena se jkunu qegħdin jitwaqqfu tlett akkademji ġodda tal-Volleyball, tal-Basketball u tal-Ġinnastika bil-kollaborazzjoni tal-assoċjazzjonijiet rispettivi bil-għan li aktar tfal ta’ talent ikomplu jimxu l’quddiem fl-isport. Dawn l-Akkademji jingħaqdu mal-Akkademji tat-Triathlon u taż-Żwiemel li kellhom riżultati positivi fis-snin li għaddew.
On The Move Skolasport 2015-2016 mhux sempliċiment post fejn il-ġenituri jħallu t-tfal u jkomplu bil-qadi tagħhom, iżda huwa post fejn it-tfal jitgħallmu u jikbru flimkien. Dan il-programm huwa l-ewwel tarġa biex iħeġġeġ lit-tfal ikunu attivi biex ikollna socjetà b’saħħitha fiżikament u mentalment.
SportMalta jixtieq javża lill-pubbliku li l-applikazzjonijiet għall-programm On The Move Skolasport 2015-2016 se jinqgħu miftuħin u jinsabu online fuq is-sit ta’ SportMalta kif ukoll jista jsir il-booking online minn dan il-link billi tgħafas hawn
Related Posts
Imniedi uffiċjalment l-ewwel Forum Nazzjonali tal-Isport f’pajjiżna
Minn għada l-familja sportiva nazzjonali ser ikollha iktar minn gimgħa ta’ diskussjoni dwar l-isport f’pajjiżna waqt serje ta’...
Flexi Training Scheme Applications Are Open
The Applications for the Flexi Training Scheme for Public Sector Employees are once again open. The popular scheme gives the...