Fl-isfond ta’ Learning History through Sport, attivita’ mtella’ mill-Isport Promotion Unit, tħabbar il-programm ta’ Move Week għal din is-sena li ser issir bejn it-23 u d-29 ta’ Mejju. Move Week hija parti mill-kampanja NowWeMove li hija inizjattiva ta’ ISCA bl-għan prinċipali jkun li jiċċaqalqu 100 miljun ċittadin Ewropew sas-sena 2020.
Iċ-Ċermen ta’ SportMalta, Luciano Busuttil, elenka d-diversi attivitajiet li se jsiru fosthom dik ta’ nhar il-Ħadd li ġej fil-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa. Hawnhekk se jsir Beach Sports u Fitness Festival bejn l-10am u l-4pm. Huwa ħeġġeġ il-pubbliku biex jattendi għal din l-attivita’ bla ħlas. Semma wkoll attivitajiet oħrajn li qed isiru bil-kollaborazzjoni ta’ entitajiet oħra fosthom il-Malta Physiotherapy Association, Tbexbix Centre u River of Love. Huwa temm jgħid li okkazzjonijiet bħal dawn ikomplu jsaħħuna kemm fiżikament kif ukoll mentalment u lkoll għandna nikkunsidraw l-importanza tal-attivita’ fiżika daqs l-importanza tas-saħħa u l-edukazzjoni.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius faħħar l-inizzjattiva li qed jieħu SportMalta fejn għat-tielet sena konsekuttiva qed jieħu sehem f’MoveWeek li qegħda kull ma jmur tinxtered madwar l-Ewropa. Huwa fakkar li fil-jiem li għaddew saret in-No Elevators Day anke fil-bini tal-Parlament, fejn il-Parlamentari użaw it-taraġ. Huwa ħeġġeġ lit-tfal li kienu qed jilgħabu logħob tradizzjonali sabiex jkunu attivi u mhux jgħixu ħajja sedentarja. Huwa tenna li l-gvern se jibqa’ mpenjat bil-ħidma tiegħu biex aktar nies jersqu lejn l-attivita’ fiżika biex, anke flimkien ma’ entitajiet u ministeri oħra, tkompli tiġi ndirizzata l-pjaga kbira tal-obeżita.
Programm – Kampanja NowWeMove 2016
- Fl-20 ta’ Mejju – MOVE Gymnastics Show by #OnTheMove Skolasport, Taż-Żokrija, Mosta bejn s-1830hrs- 2000hrs
- Fit-22 ta’ Mejju – Ftuħ Uffiċjali: Beach Sports & Fitness Festival, Pretty Bay Birżebbuġa mill-1000hrs sal-1600hrs.
- Bejn it-23 u d-29 ta’ Mejju – L-SPU & u l-kowċis ta’ SkolaSport ser jorganizzaw attivitajiet f’diversi faċilitajiet ta’ SportMalta
- Fit-23 ta’ Mejju – Malta Physiotherapy Associations – attivitajet ta’ fitness għall-membri
- Fis-26 ta’ Mejju – Family on the Move fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop
- Fis-27 ta’ Mejju – MOVE Dance Show minn #OnTheMove Skolasport, Taż-Żokrija, fil-Mosta bejn is-1830hrs u t-2000hrs
- Fis-27 ta’ Mejju – Tbexbix Centre – Attivitajiet sportivi għall-membri
- Fid-29 ta’ Mejju – River of Love ser jorganizzaw Hike f’Kemmuna
- Fis-6 ta’ Ġunju – Attivita tal-Għeluq: #OntheMove Skolasport fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa, Marsa bejn is-1800 u d-2100hrs
Related Posts
National Pool: Important Notice
POOLS WILL BE CLOSED ON THE FOLLOWING DATES DUE TO ASA WATER POLO CUP TUESDAY 9THJANUARY 2018 – FROM 16.00 ONWARDS...
Inawgurat il-kumpless tal-‘football’ ta’ Marsaskala b’investiment ta’ €2.5 miljun
Il-Prim Ministru Joseph Muscat akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton...