Fl-għeluq tal-ġimgħa Ewropea tal-isport, ġie inawgurat proġett li minbarra l-pubbliku se jibbenefikaw minnu dawk li jipprattikaw l-isport tal-hill climb.
Il-progett sar b’investiment ta’ hames mija u sebghin elf ewro u fost oħrajn ser joffri aktar sigurtà għad-dilettanti li jsegwu t-tlielaq tal-karozzi fil-kampjonat tal-hillclimb fl-Imtaħleb.
Id-dilettanti tat-tlielaq tal-karozziissoddisfaw xewqa oħra tagħhom bl-inawgurazzjoni ta’ xogħlijiet li saru fit-telgħa tal-Imtaħleb li tintuża mid-dilettanti għal Hillclimbs. Dan bla dubju ta xejn ser isservi biex joghla il-livell fi sewqan f’din it-triq u anke jaghti il-possibilita li aktar sewwieqa barranin jigu jikompetu Malta,. Id-dilettanti tal-Hill Climb li jtellqu b’veloċità f’telgħa mimlija sfidi jorganizzaw kampjonat kull sena li matulu jsiru tmien tlielaq u jtellqu f’kategoriji differenti.
Il-proġett sar b’investiment ta’ aktar min-nofs miljun Ewro fuq l-inzijattiva ta’ Sportsmalta li sabu l-għajnuna tal-Ministeru tal-Infrastrutura u l-Proġetti Kapitali. Il-Kap Ezekuttiv ta’ Sport Malta, Mark Cutajar, qal li dan hu investiment ieħor fl-infrastruttura sportiva li kien ilu mixtieq mid-dilettanti numerużi tal-hillclimbs.
Il-Kap Ezekuttiv ta’ SportMalta, Mark Cutajar qal li dan il-progett proġett ghandu 2.4 km ta’ asfaltar tal-ogħla livell. Barra minn hekk saru wkoll barriers apposta, 370 għall-protezzjoni tas-sewwieqa, u anki għal meta ma jkunx hawn it-tlielaq, għax hawn jużah il-pubbliku inġenerali.
Il-proġett ġie inawgurat mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg u mis-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima fil-prezenza tac-Cermen ta` SportMalta Luciano Busutti.
Il-Ministru Borg qal li l-Gvern wettaq din il-wegħda elettorali u flimkien ma’ Sports Malta għadu qiegħed jaħdem fuq il-wegħda għal korsa tat-tlielaq tal-karozzi.
Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li l-Gvern qed jinvesti fl-infrastruttura u fl-atleti biex jikkompetu u jieħdu esperjenza barra minn xtutna. Dr Grima qal li din is-sena għad iridu jinfetħu tliet faċilitajiet oħra għall-isportivi – akkademja tal-isnooker, il-grawnds ta’ Marsaskala u ta’ Birżebbuġa. Qal li ftit ġranet oħra se jitqassmu €88,000 għad-dilettanti tal-karozzi biex jgħinuhom jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet barra l-pajjiż.
Tonio Cini, President tal-Malta Motor Sport Federation irringrazzja lil Gvern ta` xoghol siewi li qed ssir ghal dan l-Isport f’pajjizna.
Related Posts
Another edition of the Newsletter ‘SportMalta’ is now online. Read here
Is-Sibt filgħaxija saret is-56 edizzjoni ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, serata li fiha ġew ippremjati...