Sport Malta qed tissokta b’diversi proġetti ta’ tisbiħ u rranġar ta’ siti pubbliċi użati għall-attivita’ fiżika. Sa issa ġew identifikati sitt siti u x-xogħol fuqhom diġa beda.
Fost dawn is-siti hemm il-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far.
F’dan il-post ġie żviluppat il-ġinnasju ta’ barra bil-għan li jkun jista’ jiġi użat mir-residenti tal-post għall-attivita’ fiżika.
Ġew imwaħħla sitt apparati sportivi b’mod fiss u sigur.
Dan l-apparat jinkludi: bike, rower, chin up, walker, hand cycler u stepper.
Xogħol ieħor se jsir fil-ġnien pubbliku ta’ San Ġwann Ta’ Żwejt. Hawnhekk se jiġi irranġat pitch żgħir u mibdul f’post li fih ikunu jistgħu jigu ipprattikati bosta dixxipini sportivi differenti, fosthom il-Futsal u l-Basketball. Se jigu miżbugħa s-sinjali, se ssir fence ġdida, lasti ġodda u erba’ Basketball boards.
Hawnhekk ukoll se jiġi installat apparat għall-ġinnasju ta’ barra.
L-apparat jinkludi bike, rower u multipurpose gym
B’kollaborazzjoni mall-klabb tal-Basketball ta’ Hibernians , Sport Malta se tirranġa l-Basketball Court li jinsab wara l-faċilita’ korrettiva ta’ Kordin. Ix-xogħol jikkonsisiti f’tindif tal-art, markar ta’ sinjali, żewġ basketball boards ġodda u anke fencing ġdid.
Xogħol ieħor għaddej fil-bandli ta’ Hal Qormi. F’dan is-sit ġie irrangat l-apparat tal-ġinnasju ta’ barra, apparat li partijiet minnu kien safa’ ivvandaliżżat. Sar ukoll fencing ġdid. Xogħol li mistenni jitlesta f’nofs Lulju.

“Funded by the European Union. Views and opinions expressed are however those of the author(s) only and do not necessarily reflect those of the European Union. Neither the European Union nor the granting authority can be held responsible for them.”
Related Posts
BeActive Night – Call for Healthy Food Stands
SportMalta will be organizing the BeActive Night on 29th September at Kirkop Sports Complex between 18:00-24:00. There will be...
Innovative education to enhance the skills of Sport Officials in Europe
SportMalta has partnered up with several international sport organisations to embark on a three year project to promote...
