SportMalta l-entita’ governattiva ghall-Isport rebhet l-unur ta` #BeActive Workplace waqt cerimonja Gala li saret fil-kapitali Ungeriza Budapest ilbierah.  L-unur gie pprezentat  mill-Kumissarju Ewropew ghal Edukazzjoni, Sport u Kultura, Tibor Navracsics.
Din kienet il-hames edizzjoni ta` dan l-unur u li ghalih kien hemm 63 nomina li finalment gurija apposta ghazlet tlett finalisti. Â Flimkien ma` SportMalta, kien hemm ukoll l-Ungerija kif ukoll l-Estonja.
Il-progett Malti kien iffukkat fuq l-inattivita’ fil-post tax-xoghol, bi SportMalta tiprezenta pjan ta` azzjoni u konkrett sabiex il-haddiema taghha jkunu aktar attivi. Â Barra minn sport varju milghub fil-hin tax-xoghol, SportMalta ghamlet serje ta` inizzjattivi ghal haddiema fi hdanha biex jghixu hajja iktar attiva u bâsahhitha.
Il-progett ta` l-entita’ kien imfahhar mill-gurija tant li fâkummenti waqt ic-cerimonja huma qalu li tant kien hemm livell gholi ta` progetti mitfugha li diga’ kien tajjeb li tasal sal-finali u ghalhekk li tirbah hija xi haga eccezzjonali.
Il-Kap Ezekuttiv ta` SportMalta, Mark Cutajar, qal li l-entita’ ghandha tkun ta` ezempju ghal dawk l-kumpaniji kollha li ghandhom numru kbir ta` haddiema jpoggu bil-qeghda ghal sieghat twal.
Huwa qal li jinsab kuntent li SportMalta qed taghti ezempju u lesta biex issa tibda twassal il-messagg ta` dan il-progett lil ohrajn. Â Huwa irringrazzja lil Koordinatrici tal-progett, RoseMarie Mercieca, li mexxiet tim ta` nies li fasslu u hadmu sabiex il-progett ikun wiehed interessanti.
Ic-Cermen Ta` SportMalta, Luciano Busuttil, ferah lill-haddiema ghal dan l-unur. Â Huwa qal li facli titkellem fuq inattivita’ izda SportMalta marret oltre. L-Entita tat ezempju u dan l-ezempju gie rikonoxxut mill-Kummissjoni Ewropea.
Is-Segretarju Parlamentari, Clifton Grima, qal li dan l-unur ipoggi lil Malta fuq nett ukoll fl-amministrazzjoni sportiva. Â Huwa qal li l-profil ta` SportMalta huwa wiehed gholi immens barra l-pajjiz u dan l-unur ikompli jikkonferma li Malta ghalkemm zghira, tista’ tkun l-aqwa fl-Ewropa.
Related Posts
Sports Ambassador Karl Izzo represents SportMalta
June 21, 2017
In its efforts to further develop the European dimension of Sport, the European Commission has launched the European Week of...
Launch of SportMalta Awards- GħaŞliet Sportivi Nazzjonali
January 12, 2017
SportMalta together with the Malta Sports Journalists Association will again be organizing the SportMalta Awards- GħaŞliet...