Total ta’ 400 student mis-sitt sena ta’ bosta skejjel primarji ħadu sehem f’attivitajiet ta’ sport akwatiku f’Birżebbuġa. Avveniment li sar għat-tielet sena konsekuttiva u li kien organiżżat mis-sezzjoni tal-edukazzjoni fiżika fi ħdan id-dipartiment tal-edukazzjoni bil-kollaborazzjoni ta’ Sport Malta u l-Birzebbuga Aquatic & Sports Club.
Inizjattiva li bdiet tlett snin ilu bħala pjan ta’ ħidma mill-iskola primarja ta’ Birżebbuġa bil-għan li taħdem flimkien mal-klabbs tal-komunita’.
Din is-sena l-avveniment kiber sew tant li fih ipparteċipaw disa’ skejjel differenti. L-iskejjel parteċipanti kienu dawk ta’ Birżebbuġa, il-Qrendi, Hal Safi, l-Mqabba, Hal Għaxaq, il-Gudja u ż-Żurrieq mill-kulleġġ San Benedittu flimkien ma’ dawk ta’ Hal Luqa u ż-Żejtun minn kulleġġi oħra.
Din is-sena apparti l-għalliem tal-edukazzjoni fiżika tal-iskola primarja ta’ Birżebbuga ħadu sehem ukoll għalliema ta’ skejjel oħra grazzi għall-kollaborazzjoni tas-sezzjoni tal-għalliema tal-edukazzjoni fiżika fi ħdan id-dipartiment tal-edukazzjoni. Din is-sezzjoni offriet is-servizz ta’ numru sabiħ ta’ għalliema bħala parti mill-programm Active Fridays u dan għen sabiex l-avvenimet kiber.
Minn mindu fetaħ il-bibien tiegħu il-Birzebbuga Aquatic & Sports Club mill-ewwel ikkollabora f’din l-jnizjattiva. Il-klabb offra l-użu tal-pixxina u l-esperjenza tal-coaches tiegħu.
Huma għenu sabiex għall-istudenti parteċipanti, din l-attivita’ isservi bħala esperjenza ta’ divertiment kif ukoll ta’ tagħlim.
Ċertu skejjel kellhom aktar minn sezzjoni waħda ta’ taħriġ sabiex jagħtu lit-tfal aktar opportunita’ ta’ tagħlim.
Sadattant il-klabb kien qed jinkoraġġixxi lil dawk l-istudenti li wrew potenzjal sabiex jibdew jitħarrġu fl-għawm u l-Waterpolo b’mod regolari.
Related Posts
Qormi Outdoor Sports & Fitness Park (PQ 12483 – Reply)
SportMalta ilu minn 2013 jiehu hsieb l-isemmi outdoor fitnes área, f’dan il perjodu Sportmalta sewwa kemm il-darba il-...
Intlaħaq ftehim bejn l-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians u l-Malta Futsal Association, liema ftehim intlaħaq bl-intervent...