Fuq inizjattiva tal-Għaqda Ġurnalisti Sport, matul din is-sena skolastika ingħata bidu għall-proġett edukattiv bil-kollaborazzjoni tal-Kumitat Olimpiku Malti u bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-xogħol.
Fi żjara li għamel waqt l-aħħar sessjoni ta’ din is-sena skolastika l-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo faħħar din l-inizjattiva li tikkumplimenta s-sistema tal-edukazzjoni prattika. Hu spjega li matul din is-sena skolastika saru b’kollox ħames żjarat fi skejjel imħallta bejn skejjel tal-Gvern, privati u anke tal-Knisja fejn ingħatat l-opportunita’ lill-istudenti li kienu jvarjaw mill-Form 3, 4 u 5 jesperjenzaw professjoni partikolari li forsi ftit li xejn tisemma’ bħala karriera possibbli li wieħed jista’ jimraħ fiiha.
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima inkoraġixxa lill-Għaqda Ġurnalisti Sports u lill-Kumitat Olimpiku Malti sabiex ikomplu jaħdmu flimkien b’ideat oħra wara s-suċċess ta’ dan il-proġett. Hu tenna li f’dan il-proġett l-istudenti qed jingħataw togħma tal-professjoni tal-ġurnalist tal-Isport, jifhmu aħjar l-irwol ta’ min jaħdem f’dan ix-xogħol kemm bħala xandar, ġurnalist fuq gazzetti, publikazzjonijiet, websites u social media li tant huma popolari fost din il-ġenerazzjoni żagħżugħa.
Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef rringrazzja lill-Ministeru tal-Edukazjoni tal-Koperazzjoni speċjalment lill-Education Officer tal-Edukazzjoni Fiżika Kevin Azzopardi li mill-ewwel offra l-appoġġ tiegħu għal din l-inizjattiva. Hu rringrazzja wkoll għall-koperazzjoni lill-Kapijiet tal-Iskejjel li fihom saru ż-żjarat preċedenti li kienu l-Iskola St Joseph Sliema, St Dorothy’s Żebbuġ, Middle School Birkirkara Kulleġġ Sta Tereża u St Martin’s College Swatar.
Micallef qal li l-Għaqda Ġuurnalisti Sports illum il-ġurnata ħadet dimensjoni oħra fis-settur tal-isport f’pajjiżna fejn b’inizjattivi bħal dawn qed tkompli tikkonferma ruħha bħala waħda mill-istakeholders indispensabbli fl-iżvilupp tal-Isport u tal-ġurnaliżmu f’pajjiżna.
Il-proġett kellu żewġ għanijiet prinċipali: li studenti fl-iskejjel tas-sekondarja jingħataw esperejenza permezz ta’ tagħlim bażiku fil-qasam tal-ġurnaliżmu sportiv u fl-istess ħin jsiru jafu aktar mill-viċin l-atleti Maltin billi jiltaqgħu magħhom u jsaqsuhom dwar il-karriera sportiva.
Il-proġett kien imfassal b’mod li t-teorija ma tieħux il-maġġoranza tal-ħin f’dawn is-sessjonijiet hekk kif l-istudenti qed ikun mgħejjuna fost l-oħrajn jfasslu, l-mistoqsijiet tagħhom qabel ma’ jagħmlu intervista, jfasslu artiklu għal fuq gazzzetta jew website, jagħmlu kummentarju u saħansitra mgħallma kif jaqraw l-aħbarijiet sportivi quddiem camera tat-televiżjoni vera u proprja.
Il-proġett kien ikkordinat minn żewġ għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika Joanna Camilleri u Charlene Attard li huma eks atleti u li llum il-ġurnata huma ġurnalisti tal-Isport. Barra minn hekk Joanna Camilleri hija membru fl-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u Charlene Attard hija Direttur fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti.
Related Posts
SportMalta Awards People’s Choice Award Voting In Full Swing
The Malta Sports Journalists Association, joint organizer with SportMalta of the SportMalta Awards – Għażliet Sportivi...