Din il-ġimgħa SportMalta kienet impenjata bl-ewwel Forum Nazzjonali tal-Isport li qatt sar f’pajjiżna li seħħ fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop. ‘Il fuq minn 800 parteċipant taw is-sehem tagħhom fil-forum nnifsu li kien mifrux fuq jumen u fid-diversi seminars li saru qabel is-seminar innifsu.
Fis-seminars li saru matul il-ġimgħa, SportMalta ippreżenta diversi temi li laqtu numru kbir ta’ nies ġejjien minn oqsma differenti iżda li kollha għandhom rabta mal-isports.
Il-forum kien mżewwaq b’temi diversi fejn bosta mill-kelliema inġiebu minn barra l-pajjiż apposta għal din l-attivita’. Spikkaw temi marbuta mal-Unjoni Ewropea li kienu preżentati mill-Kap tal-Programmi Sportivi fl-Unjoni Ewropeja Yves La Losteque u l-Policy Cordinator Agatha Dziarnavska. Sessjoni oħra nteressanti kienet dik mill-President tal-Assoċjazzjoni Olandiża tal-Hockey Marijke Fleuren li trattat l-involviment tal-ġenituri fl-isport u r-rapreżentant ta’ SportRadar Marcello Presilla tkellem dwar il-fenomenu tal-match fixing.
SportMalta matul il-jumejn ċċelebrat suċċessi li għamlu diversi atleti fl-isport. Semgħet l-problemi li jiltaqgħu magħhom u l-intoppi li kellhom jgħelbu sabiex waslu fejn waslu. Filfatt f’pajjiżna kien hawn l-aħjar tennista Taljan ta’ kull żmien, Nicola Pietrangeli li tkellem dwar l-karriera tiegħu filwaqt li saru ntervisti mal-plejer barrani nnewtralizzat Malti Alfred Effiong, Josephine Grima l-plejer tal-basketball li għamlet bosta snin tilgħab barra l-pajjiż, Karl Izzo l-kowċ tat-timijiet Maltin tal-waterpolo u Vlada Kravchenko atleta li qed titħarreġ sabiex tieħu sehem fil-paralympics li ser isiru f’Rio de Janeiro fis-sajf li ġej.
Waqt il-forum saru diversi workshops biex b’hekk ingħatat l-opportunita’ lil dawk kollha prezenti jipparteċipaw fid-diskussjonijiet li varjaw minn governanza tajba, għal organizzazjoni ta’ avvenimenti, ir-rabta bejn l-attivita fiżika u l-isport, kif ukoll il-betting b’responsabilita’ li kien preżentat mill-kumpanija Maltco. Minn dawn il-workshops ħarġu konklużjonijiet li jgħinu biex inkomplu intejbu l-isport f’Malta.
Minbarra s-seminar innifsu saru laqgħat bilaterali tal-għola livell mal-mistiedna barranin b’mod privat li kienu ferm pożittivi. Laqgħat li żgur jawguraw tajjeb għall-futur fil-preparazzjoni għall- Presidenza. Huwa mistenni li fil-ġimgħat li-ġejjin SportMalta se tkun qed tippreżenta l-konklużjonijiet ta’ dawn il-laqgħat lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius biex b’hekk ikun possibli li titkompla il-ħidma tal-Gvern fil-qasam sportiv.
B’mod parallel, l-ewwel Forum Nazzjonali tal-Isport kien imxandar wkoll fuq TVM2 wara ftehim li ntlaħaq bejn SportMalta u l-Public Broadcasting Services. It-telespettaturi setgħu jsegwu ‘il fuq minn seba’ sigħat mill-kumdita’ ta’ darhom. Dan huwa mod ieħor kif il-gvern juża għall-massimu r-riżorsi umani u jifrex ix-xogħol tiegħu permezz ta’ aktar kollaborazzjoni bejn l-entitajiet governativi.
Is-suċċess ta’ SportMalta qed jikkontribwixxi bil-kbir għas-suċċess li laħaq pajjiżna fil-qasam sportiv hekk kif titkompla il-wegħda tal-Gvern li jkompli jagħmel dak kollu li hu possibli għal pajjiżna biex dan is-settur ikompli jikber u jissaħħaħ.
Qabel il-Forum innifsu saru sitt seminars speċifikament immirat għall-setturi ta’ nies mdaħħla fl-isport. Is-sitt seminars saru b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet diversi. L-ewwel seminar sar b’kollaborazzjoni mal-MCAST u kien immirat għall-istudenti, segwa seminar għall-ħaddiema taċ-ċivil u ieħor għaż-żgħażagħ bil-kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Żgħażagħ. It-tlieta s-seminar sar f’Għawdex għall-isportivi Għawdxin bil-kollaborazzjojni tal-Gozo Sports Board. Sar seminar għall-edukaturi u ieħor għall-ġurnalisti u l-assoċjazzjonijiet sportivi bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Ġurnalisti Sport.
Related Posts
1st day of The European Sport Forum: VOLUNTEERING AND SPORT DIPLOMACY
The first day of The European Sport Forum opened with an introductory welcome session by Mark Cutajar, Director General for...
Summer on the Move is back, Apply Online Now!
Summer on the Move is the biggest and most popular programme for kids and adults alike, where sport and physical activity are...