Il-popolazzjoni ta’ Wied il-Għajn tlaħħaq ’il fuq minn 16-il elf ruħ u fis-sajf taqbeż it-22,000. Popolazzjoni li qegħda kull ma jmur tikber. Popolazzjoni żagħżugħa, b’madwar 60 fil-mija tal-Iskalin huma taħt l-40 sena, u għalhekk tħoss il-ħtieġa illi t-tfal u ż-żgħażagħ jkollhom fejn jirrikrejaw ruħhom. Kienu bosta dawk li meta kienu intervistati b’relazzjoni mas-Social Impact Assessment, li esprimew il-bżonn ta’ ground tal-football.
In-nursery bħalissa qed titħarreġ fil-ground tal-iskola primarja tal-lokal filwaqt li sezzjoni minnhom tmur titħarreġ fi grounds oħra fin-nofsinhar tal-pajjiż u t-team tal-kbar jitħarreġ fil-ground tal-Isla. Kien għalhekk li aktar inħass il-bżonn illi l-klabb ta’ Marsaskala jkollu d-dar tiegħu fejn ilaqqa’ lit-timijiet kollha f’daqqa.
Alex Muscat, deputy chief of staff fl-uffiċċju tal-Prim Ministru, qal illi meta tħabbar il-proġett tal-AUM f’Mejju 2015 li kien jinkludi medda ta’ 90,000 metri kwadri kien jinkludi ground. Issa l-proġett ser ikopri 31,000metru kwadru u allura ma setax jinkludi ground. Il-Gvern baqa’ kommess li jwettaq dak li wiegħed u baqa riżolut li jagħmel ground għall-klabb ta’ Marsaskala. Wara li kienu kkunsidrati diversi siti, l-aktar sit idoneju kien fil-Park tal-Familja. Dan ser jkun investiment ta’ 1.5 miljun ewro u mistenni jitlesta’ fi tmintax-il xahar minn mindu joħorġu l-permessi.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Ricerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius aċċenna għall-għajnuna li l-Gvern ta, permezz tal-Malta Football Association, lill-clubs tal-football kemm Maltin u anke Għawdxin. Huwa saħaq li dawn issa jridu jfittxu li jkunu sostenibbli. Kien għalhekk li s-Segretarjat qed jaħdem fuq il-White Paper tal-kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi, li hija għodda essenzjali sabiex issir il-qabża tant importanti sabiex l-isport isir aktar sostenibbli u fuq bażi professjonali u ma’ jibqax jiddependi fuq għajnuna ta’ terzi.
Indirizzaw lil dawk preżenti is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Bjorn Vassallo, il-President tal-clubb ta’ Marsaskala Luke Spagnol u Joe Gerada wieħed miż-żewġ awturi tas-Social Impact Assesment li sar fuq l-Institute of Higher Education li ser issir fl-area taż-Żonqor.
Related Posts
26 Athletes to benefit from Youth Development Scheme
SportMalta and Bank of Valletta support young Athletes 26 athletes will benefit from the second edition of the Youth...
Jitħabbar il-programm ta’ Move Week
Fl-isfond ta’ Learning History through Sport, attivita’ mtella’ mill-Isport Promotion Unit, tħabbar il-programm ta’ Move Week...