Wara bosta snin fi stat tal-biki, lbieraħ sar l-ftuħ uffiċjali tal-warm up track tal-Matthew Micallef St John track fil-Marsa. Xogħol, li jammonta għal fuq minn 100,000 euro, li sar bħala parti mill-assistenza li SportMalta tagħti lill-assoċjazzjonijiet sportivi Maltin. Il-warm up track hija strippa twila 140m u kif jixhed anke l-isem, tintuża sabiex l-atleti jsaħħnu l-muskoli tagħhom qabel il-kompetizzjoni nnifisha. It-tisbiħ fil-warm up track kien ilu mwiegħed ħames snin.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius tkellem dwar bil-mod ħolistiku li l-Gvern jixtieq li tinbidel il-Marsa. Dan huwa biss ftit mix-xogħol maħsub li jsir fil-faċilitajiet tal-isport fil-Marsa. Filfatt bħalissa, il-Gvern għaddej bil-preparamenti sabiex jitlestew il-pjanti biex titranġa l-binja vojta li tħalliet mitluqa u li qatt ma ntużat ftit qabel ma tidħol għall-istess track. Mal-pjanijiet hemm inkluż ukoll il-binja li nbniet fl-1903 u li bħalissa tintuża minn xi assoċjazzjonijiet, kif ukoll mill-amministrazzjoni ta’ SportMalta.
Iċ-Chairman ta’ SportMalta, Luciano Busuttil qal li jinsab kuntent li wara l-għaqal li mexxa biħ dan il-Gvern biex ġab fuq saqajh il-qagħda finanzjarja, issa qed jissarraf f’dawn il-proġetti fejn kulħadd jista’ jara l-frott tal-ħidma kontinwa ta’ SportMalta. Huwa qal li proġett bħal dan mhux biss se jitgawda mill-MAAA, iżda se jservi ta’ pjattaforma għall-atleti barranin li jkunu jixtiequ jżuru pajjiżna fejn it-temp tagħna jagħti opportunità unika li ħafna pajjiżi oħrajn ma’ għandhomx.
Mark Cutajar, Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, qal li seħħet wegħda oħra ta’ SportMalta hekk kif it-track hija waħda mill-kullana ta’ proġetti varati ftit tax-xhur ilu. Huwa qal li din hija xiehda tax-xogħol kontinwu li SportMalta qed tagħmel ma’ diversi assoċjazzjonijiet biex fejn ma jaslux huma, jsibu l-appoġġ ta’ SportMalta bħall-assoċjazzjoni tal-Judo li se jkollhom tinda ġdida u r-range tal-isparar ta’ Għajn Mhelel f’Għawdex li jumejn ilu inawguraw tinda ġdida li saret permezz ta’ fondi minn SportMalta.
Huwa saħaq li l-kollaborazzjoni mal-MAAA kienet waħda tajba ħafna sa minn meta bdew id-diskussjonijiet dwar il-bdil tat-track u kompla jgħid li din se tkun opportunità biex inkomplu naqdu l-isportivi tagħna kif ukoll inressqu it-turiżmu sportiv lejn pajjiżna. Huwa temm jgħid li dan l-investiment sar kollu f’ħin rekord u bl-aħjar governanza possibbli.
Indirizza lil dawk preżenti, Edwin Attard, il-president tal-MAAA li rringrazzja lil SportMalta tal-appoġġ li sabu hekk kif mill-ewwel aċċettaw dan il-proġett li kien ilu ma jsir xogħol fuqu sa minn meta twaqqaf, jiġifieri mill-1993. Huwa ħabbar li l-MAAA ser tirċievi fondi mill-għaqda internazzjonali tal-atletika (IAAF) biex tkompli ttejjeb is-servizzi tagħha kif ukoll għaddejjin negozjati mal-privat biex isir investiment fit-track. Huwa qal li dan l-ispirtu ta’ koperazzjoni jista’ jkompli jissarraf fi proġetti oħra fil-Marsa biex b’hekk ikompli jikber l-isport tal-atletika.
Related Posts
Flexi Training Scheme Applications Are Open
The Applications for the Flexi Training Scheme for Public Sector Employees are once again open. The popular scheme gives the...
The Waterpolo Interschools Finals will be held on Thursday 19th May 2016 between 9:00 – 13:00 at Tal-Qroqq Complex.