B’investiment ta` zewg miljun Ewro, Is-Sibt l-ewwel ta’ dicembru gie inawgurat il-kumpless tal-futbol f’Birzebbuga. Progett li kien gie imwieghed mill-Gvern fl-2013 u wara snin ta` xoghol finalment tlesta.
Il-Ftuh ta` dan il-kumpless sar mill-Prim Ministru Joseph Muscat li kien akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari ghal-Isport Clifton Grima kif ukoll diversi Ministri, deputati u anke mill-Kumissarju Ewropew Karmenu Vella, li ghex ghal snin twal fil-lokalita.
Fi diskors tieghu il-Prim Ministru qal li fi ftit zmien il-Gvern investa kwazi 5 miljun Ewro f’din il-lokalita, wara li xhur ilhu tlestiet il-Pixxina. Dan qal Il-Prim Ministru qed ssir mhux ghax hemm preferenza mill-lokal ghal iehor izda sabiex jikkumpensa ghal inkonvenjent li ic-cittadini ta` dan il-lokal ghandhom bil-freeport li huwa essenzjali ghal pajjiz kollhu.
Il-Kumpless huwa mghammar b’dak kollhu li ghanda bzonn facilita tal-futbol li tinkludi grawnd ta` turf artifucjali 11 a side, stand ghal pubbliku, dressing rooms, sala tal-Kumitat u sala ohra li tintuza mill-komunita tal-lokal ghal attvitajiet varji.
Ray Camilleri, cermen tal-Fondazzjoni Sport Birzebbuga qal li din hija holma li saret realta. Huwa semma li ghal diversi drabi kellhom grawnd u ghew imnehhija ghar-ragunijiet differenti u fl-ahhar snin kellhom jikru fi skola San Benedittu biex jithargu. Huwa qal li dan huwa rigal sew ghas-St Peters kif ukoll ghal Windmills li ha jgieb aktar tfal li jersqu lejn il-loghba tal-futbol u anke lejn il-klabb.
Is-segratarju Parlametari Clifton Grima qal li da nil-kumpless ma kienx facli li jsir izda sar bi sforz kollettiv. Huwa qal li issa sta ghal klabb li gahndu l-ghodda f’idejh biex juzaha tajjeb u barra li jheggeg aktar tfal u zaghzagh ghal loghba tal-futbol, jaghmel dan il-post sostenibli.
Kemm ic-Cermen ta` SportMalta Luciano Busuttil u il-Kap Ezekuttiv Mark Cutajar tkellmu fuq il-progetti li SportMalta qed taghmel. Huma qalu li dawn ikunu possibli mhux biss ghax il-finanzjament huwa wiehed kontinwu minn naha tal-Gvern izda ghax il-haddiema ta` SportMalta jahdmu qattiegh biex il-progetti jsiru u jsiru tajjeb.
Wara id-diskorsi, il-Prim Ministru iltaqgha kemm mal-kowcis kif ukoll ma numru ta` tfal li kieneu hemm ghas-sessjonijiet ta` tahrig is-Sibt filghodu.
Related Posts
Celebrating Sport in Malta 2024
2024 will be a remarkable year for SportMalta since it will be celebrating its ten years following the transition from the...
Seminar: Democracy, Youth and Sport
On the 26th June 2017, the European Union Programmes Agency with the support of Agenzija Zghazagh and Sport Malta held a day...