It-Tnejn filgħodu l-Prim Ministru Robert Abela akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima, inawgura t-tieni fażi tal-proġett ta’ aktar minn miljun ewro fil-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali.
Ix-xogħlijiet tat-tieni fażi kienu jinkludu it-twaqqigħ tal-istrutturi interni u bini mill-ġdid ta’ l-istands biex issa din il-facilita’ għandha kapjenza ta` 1100 sit bilqegħda. Barra a minn hekk saru dressing rooms ġodda u anke uffiċini ġodda għall-Assoċjazzjoni Maltija tal-Baskitbol. Dan ikomplimentaw ix-xogħlijiet tal-ewwel fażi li kienu jinkludu titjib fl-istruttura oriġinali tal-azzar u tal-binja minn barra.
Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru Abela qal kemm huwa mportanti li nrawmu l-valur tal-isport fit-tfal tagħna. Huwa nnota kif dan l-investiment għamel l-arena aċċessibli anke għall-persuni b’diżabilità li jistgħu issa jipprattikaw il-baskitbol f’Ta’ Qali.
Dr Abela qal li rridu nemmnu f’dak li nwettqu biex il-livell dejjem jitla’ ‘l quddiem. Semma kif din hija parti mill-viżjoni ta’ dan il-Gvern għall-għaxar snin li ġejjin u li ninsabu ffukati li naraw liż-żgħażagħ jitilgħu ‘l fuq f’dan il-qasam u kull qasam ieħor.
Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal kif l-isport għandu impatt pożittiv fuq il-ħajja u s-soċjetà tagħna. Saħaq kif il-livell għoli ta’ sport f’pajjiżna qed iħalli l-frott tiegħu anke f’pajjiżi barra minn Malta.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, Mark Cutajar semma kif dan il-Gvern jimpurtah mill-isport u dan juruh id-diversi proġetti li qed isiru f’dan il-qasam madwar Malta u Għawdex kollha. Cutajar radd ħajr lill-ħaddiema ta` SportMalta li għalkemm fl-2020 għaddew minn perjodu diffiċli, xorta laħqu l-miri tagħhom għal din is-sena. Huwa semma li l-għaqal tal-entita’ għamel possibli li l-proġetti jitkompklew kif ukoll li l-assistenzi mogħtija din is-sena kienu ukoll rekord. Huwa għamel ringrazzjament speċjali liċ-Ċermen Luciano Busuttil u l-ħaddiema għax-xoghol imprezzabli tagħhom.
Related Posts
Boogie Bounce at the Ta Qali Basketball Court
The Malta Basketball Association joined the call from SportMalta to participate in this year’s European Week of Sport and the...
Ready, set, go #BeInclusive EU Sport Awards
The #BeInclusive EU Sport Awards invites all organisations in Europe– public or private, commercial or not-for-profit – that...