Bhal kull sena l-Ghaqda Nazzjonali tal-Atletika, il-Malta Amateur Athletics Association, flimkien mal-Sport Promotion Unit organizzat din il-kompetizzjoni mmirata ghat-tfal ta bejn l-10 snin u 14 il-sena li jattendu skejjel tal-istat, dawk privati u dawk tal-knisja. L-Erbgha 2 taâ Dicembru sebhet gurnata kwazi sajfija u ftit anqas minn 400 tifel u tifla minn 22 skola attendew ghal sensiela taâ girjiet, tlieta ghas-subien u daqstant iehor ghal-bniet.
Il-kategoriji kienu ghal-Primarji, ghall-ewwel sentejn Sekondarja u dawk tas-Sekondarja kbar. Fâentuzjazmu u inkoraggiment kbir l-iskejjel li spikkaw l-aktar ghall-unuri kienu l-Kullegg De La Salle tal-Cottonera fil-qasam tas-Subien, fejn it-timijiet taâ tmienja l-wiehed spiccaw l-ewwel fâkull kategorija. Intant l-Iskola Nazzjonali tal-Isport, li kif mistenni minn kulhadd minhabba n-natura tal-kurrikulu taâ din l-istituzzjoni, kienet fuq quddiem fil-qasam femminil, fejn l-istudenti taghha â li jattendu sekondarja biss â spiccaw rebhu z-zewg kategoriji fâdan is-settur. Is-subien taghhom kellhom jikkontentaw bit-tieni post fiz-zewg kompetizzjonijiet ghalihom fâdik li hija timijet. Ibbazata fuq sistema tal-anqas penalty points migbura, t-tim tal-bniet tal-Iskola Nazzjonali irnexxhielhom jiksbu l-ahjar ammont tal-gurnata, meta l-ewwel 4 taghhom fil-qasam tal-kbar spiccaw fl-ewwel tlett postijiet, bir-rabaâ wahda ttemm fis-6 post. Skont i-regoli tal-kompetizzjoni, ghalkemm tim jista jdahhal 8 atleti, huma biss l-ewwel 4 li jinghataw il-punti. Fil-kategorija tal Primarji, wara De La Salle spiccaw il-Kullegg taâ St Edward quddiem San Anton. Ghall-bniet kienet l-iskola taâ San Anton li ttriumfat fuq St Martin u dik taâ St Monica Birkirkara.
Ghas-Sekondarji ghaz-zghar, wara De La Salle u l-Iskola Nazzjonali spiccaw St Edward filwaqt li fil-qasam femminil, fit-tieni post dahlet l-iskola tas-Sacred Heart segwita minn St Monica Birkirkara. Fil-kbar, it-tielet posizzjoni subien rebhuha il-Kullegg Savio u fit-tieni post bniet rajna tirbah l-iskola San Anton u warajha, it-tielet, kien hemm l-iskola tas-Sacred Heart.
Fil-qasam individwali, fejn l-Assoccjazzjoni ippremjat bâtazzi l-ewwel tlett postijiet ghal-kull kategorija, spiccaw, ghal-Primarji, Michael Tabone (St Edwards) l-ewwel, Isaac Bonnici u Matthew Galea Soler (De La Salle) it-2 u it-3. Mill-bniet, fl-ewwel u t-tielet post spiccaw Maya Galea u Sabrina Pace, it-tnejn minn St Martin, filwaqt li fânofshom kien hem Sophie Thake taâ San Anton. Fil-kategorija tan-nofs kellna lill-Daniel Caruana u Jacob Darmanin taâ De La Salle u fânofshom Thomas Woods tal-Iskola Nazzjonali. Fâdik tal-bniet rebhet Sarah Chouhal segwita minn Ylenia Bonett mill-istess Skola Nazzjonali. It-tielet spiccat Emma Ciantar Piccinino tal-iskola St Monica tal-Gzira. Ghal-kbar, l-istess kif rifless fil-kompetizzjoni tat-timijiet, kien hemm clean sweep mis-subien tal-Kullegg De La Salle. Jordan Kelly, Karl Attard u Leon Zammit ghamlu il-podium taghhom kif ghamlu il-bniet tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport Marija Farrugia, Celeste Grech u Nicole Sciberras, fâdin l-ordni, mill-bniet.
L-Assoccjazzjoni Maltija tal-Atletika torbot is-success taâ dan l-avveniment max-xoghol sfiq u habrieki li jwettqu numru sabih taâ skejjel u kulleggi li ghandhom ghal qalbhom l-isport u s-sahha fizika tal-istudenti taghhom, izda tikkonoxxi u ssellem fost kollox il-hegga tal-awtoritajiet edukkativi tal-istat, specjalment id-Dipartiment tal-Edukazzjoni Fizika fi hdan il-Ministeru ghall-Edukazzjoni u xejn anqas lid-dirigenti tal-Assocjazzjoni Sportiva tal-Iskejjel Privati u tal-Knisja, li minghajr l-ghajnunha taghhom ma kienx ikun possibbli tittella din l-attivita atletika tant mahbuba mill-istudenti.
Find out about more events by the SPU
Related Posts
Sports Ambassador Karl Izzo represents SportMalta
In its efforts to further develop the European dimension of Sport, the European Commission has launched the European Week of...
REGATTA 31 TA’ MARZU Bormla huma r-rebbieħa tax-shield fil-Kategorija Open filwaqt li BirÅžebbuÄĄa jirbħu...