Il-ħiliet li hemm bÅžonn sabiex tkun atleta professjonali, l-isfidi li jiffaÄÄjaw l-atleti flimkien mar-rwol tal-media sportiva kienu t-temi li ddominaw it-tieni u l-aħħar ÄĄurnata tal-forum nazzjonali tal-isport fil-lukanda The Palace tas-Sliema s-sibt filgħodu.
Fost il-kelliema barranin spikka John Steele, personalitaâ prominenti tal-isport fir-Renju Unit. Steele kien serva bħala kap eÅžekuttiv taâ UK Sport, organiŞŞazzjoni li kellha l-għan li ttejjeb il-livell tal-atleti brittanniÄi fil-logħob olimpiku u li waslet għal-rebħ rekord taâ midalji minn Team Britain fl-edizzjonijiet taâ Londra u Rio.
Steele wera kif l-atleti brittanniÄi wasslu biex minn total taâ 15-il midalja mirbuħa fil-logħob olimpiku taâ Atlanta fl-1996 rebħu 67 midalja fâRio fl-2016. Biex wasslu għal dawn ir-riÅžultati kellhom ibiddlu l-istrateÄĄija sportiva fir-Renju Unit.
Bdew mis-settur tat-tfal hekk kif kollox jibda mill-iskejjel u mill-klabbs. Hemm bÅžonn li jsir ħafna xoghol fâdan is-settur għax l-ewwel esperjenza li t-tfal ikollhom fl-isport hija dik li tinfluwenzahom fil-futur. Huwa għal dan il-għan  li kull min hu involut fit-taħrig tat-tfal ikun jaf kif għandu jiggwidahom.
John Steele ghadda biex tkellem dwar Äertu fatturi li jtappnu r-reputazzjoni tal-isport u l-isportivi. Huwa importanti li ssir bidla fil-kultura sportiva u kif il-pubbliku jharsu lejn l-isport. Sfortunatament Äertu imgieba minn atleti, teħid taâ sustanzi illegali, il-korruzzjoni u l-vjolenza qed inaffru ħafna nies mill-isport.
Meta jsiru l-bidliet wieħed ma għandu qatt jiddejjaq li jisfida is-sistema. Steele qal li meta kien qed jaħdem fil-qalba tal-isport fir-Renju Unit ma ddejjaqx jieħu deÄiÅžjojnijiet u inizjattivi li fil-bidu deheru strambi jew impossibli li jitwettqu.
Dejjem Åžamm fâmoħħu wkoll il-bidliet li għaddejja fid-dinja tal-lum u mexa maâ dawn il-bidliet
Tkellem ukoll dwar il-problemi emozzjonali u psikoloÄĄiÄi li l-atleti jiffaÄÄjaw waqt il-karriera sportiva tagħhom. Problemi li qiegħdin dejjem jiÅždiedu. Dawn iridu jigu indirizzati sew u l-entitajiet sportivi għandhom joffru aktar appoÄĄÄĄ fâdan ir-rigward.
John Steele temm l-intervent tiegħu billi saħaq li jekk pajiz irid ikollu suÄÄess fl-isport irid jagħraf li hemm bÅžonn jittieħdu deÄizjonijiet iebsa u mhux daqstant popolari. DeÄiÅžjonijiet bħal dawk li ittieħdu fir-Renju Unit fejn wara li raw liema kienu d-dixxiplini sportivi li bihom kellhom cans kbir taâ success, iffukaw fuqhom finanzjarjament. Għaraf il-fatt li din l-istrateÄĄija mhiex daqstant popolari, izda staqsa jekk hux aħjar li tkun brillanti fi ftit sports jew inkella medjokri fâħafna dixxiplini sportivi.
Il-forum ghadda biex iffoka fuq l-atleti li jsibuha diffiÄli sabiex jibnu karriera sportiva u fl-istess waqt ikomplu bix-xoghol professjonali taghhom.
L-ewwel kelliema kienu d-direttur tas-servizzi tal-MCAST Philip Vella, u l-lecturer fl-Universitaâ taâ Malta Dr Andrew Decelis li fissru l-ħidma li qed issir fâpajjizna mal-atleti tagħna.
Min-naħa tagħha Adele Muscat, sports psychologist fl-iskola nazzjonali tal-isport, tkellmet fuq l-istress li jgħaddu minnu ħafna studenti fit-tentattiv li jibbilanÄjaw l-istudju mal-isport. L-iskola nazzjonali tal-isport tgħin u tiggwida lit-tfal dwar kif jistgħu isibu dan il-bilanÄ. Għajnuna li għandha tingħata wkoll lil tfal taâ skejjel oħra.
Il-forum ÄĄie indirizzat ukoll minn Guy Taylor, direttur tat-Talented Athlete Scholarship Scheme. Huwa tkellem dwar l-isfidi li jiltaqgħu magħhom dawk l-atleti li apparti l-karriera sportiva għandhom karriera ohra taâ xogħol professjonali.
It-TAAS taħdem sabiex toħloq sistemi li jaraw li l-atleta jkun jistaâ jistudja u jitħarreÄĄ fl-isport. Tgħin sabiex atleta jiÅžviluppa fis-sħiħ il-potenzjal tiegħu kemm fl-isport kif ukoll fl-istudju jew ix-xoghol. Wieħed irid dejjem iÅžomm fâmoħħu li se jkun hemm mument meta l-karriera sprotiva taâ atleta ħa tasal fi tmiemha. Ghalhekk hu taâ importanza li wara li jtemm din il-karriera sportiva, l-individwu jkun jistaâ jkompli ħajtu bil-professjoni li jkun dejjem xtaq li jagħmel. It-TAAS tgħin sabiex atleta jiÅžviluppa fl-isport, fl-istudju u fil-professjoni tiegħu biex finalment jkun jistaâ jilħaq il-potenzjal fâħajtu.
Tema oħra diskussa kienet ir-rwol tal-media sportiva. Pierre Cassar, li għandu esperjenza kbira fil-qasam tax-xandir, tkellem dwar kif il-komunikazzjoni tistaâ tkun effettiva. Importanti li wieħed ikun Äar fâdak li qed jirrapporta, mingħajr tul Åžejjed u kliem tekniku tqil. Ä urnalist irid ikun jaf l-udjenza tiegħu u dejjem iÅžomm fâmoħħu għal min qed jirrapporta. Ä urnalist irid ukoll jagħraf juÅža mezzi taâ komunikazzjoni differenti. Irid jimxi mat-tibdil taÅž-Åžminijiet hekk fâdawn l-aħħar snin imxejna mill-ÄĄurnalizmu stampat għas-social media u n-news portals.
Il-president tal-għaqda ÄĄurnalisti sports Sandro Micallef appella lill-assoÄjazzjonijiet sportivi sabiex jinvestu fis-settur tal-komunikazzjoni tagħhom.
Qal li minħabba l-fatt li fâpajjizna huma ftit il-gurnalisti full time, l-assoÄjazzjonijiet iridu jgħinu lill-istess ÄĄurnalisti fil-promozzjoni tal-isport tagħhom. Dawn l-assoÄjazzjonijiet jistgħu faÄilment jibagħtu rapporti qosra u konÄizi, preferibbilment bâritratti jew filmati taâ kwalitaâ tajba.
Il-forum gie fi tmiemu bâintervista lis-segretarju parlamentari għaz-zagħzagħ, sport u għaqdiet volontarji l-onorevoli Clifton Grima. Irringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom tul dan il-forum. Qal li minn dejjem kienet il-viÅžjoni tal-gvern li ma jingħalaqx fih innifsu iÅžda li niddiskutu bejnietna u nieħdu t-tajjeb taâ xulxin.
Dr Grima qal li wasal iÅž-Åžmien li nagħmlu qabÅža fil-kwalitaâ. BÅžonn li intejjbu u insaħħu l-istrutturi tagħna u insiru aktar professjonali. ÄĶabbar li għal dan il-għan inħatar kumitat sabiex joħloq strateÄĄija għall-isport lokali. StrateÄĄija li tħares bâmod ambizzjuÅž lejn l-isport.
Irridu wkoll niÅžviluppaw lill-atleta bħala individwu sabiex ikun taâ eÅžempju għall-oħrajn li allura jitħajjru huma wkoll li jibdew jipprattikaw l-isport. Hemm bÅžonn ukoll li nidħlu fl-iskejjel u naraw min huma dawk it-tfal li jippromettu fl-isport.
Related Posts
The 2nd National Sport Forum – Dynamics Towards Success
Various aspects rotating around  local sports will be discussed during the second  National Sport Forum hosted by SportMalta...
Isir il-Ftuħ UffiÄjali tal-Kampanja Now We Move
Issir il-Beach Sports & Fitness Festival fi Pretty Bay BirÅžebbuÄĄa bħala ftuħ uffiÄjali tal-kampanja Now We Move....