Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima nedew skema b’investiment ta’ €500,000 bil-għan li tgħin lill-għaqdiet sportivi biex jinvestu f’Enerġija Alternattiva.
Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi qal li l-investimenti li saru u li qegħdin isiru, qed iservu sabiex jiżguraw li l-konsumatur ikun ipprovdut b’enerġija sostenibbli, sigura u affordabbli. Spjega li din l-iskema toffri għajnuna finanzjarja, b’valur massimu ta’ €50,000 biex organizzazzjonijiet sportivi jiġu mħeġġa jagħmlu investimenti li forsi jkunu ilhom fil-pjanijiet tagħhom, iżda minħabba raġunijiet finanzjarji, qatt ma jkunu saru
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima saħaq kif din l-iskema, li hi waħda mill-wegħdi elettorali tal-Gvern, se tkompli tagħti assistenza lill-għaqdiet sportivi biex jirrikorru għall-enerġija alternattiva fejn apparti se jħallu aktar flus fi ħdan dawn l-għaqdiet stess se jkunu qed jikkontribwixxu għal rizorsi naturali li m’ghandomx impatt fuq l-ambjent.
Din l-iskema se tkun amministrata minn SportMalta. Mark Cutajar Kap Ezekuttiv ta` SportMalta qal li din hija weghda ohra elettorali li saret realta. Huwa semma li l-ghan ta` SportMalta huwa sabiex jghin lil Ghaqdiet ikunu aktar sostenibbli. Huwa semma li fl-2019 barra record f’assistenzi SportMalta qed tneddi diversi skemi ohra fosthom ghajnuna ghal Ghawdxin li b’hekk ikunu qed nkopru l-ispejjez kollha ta` l-ivjaggar minn Ghawdex ghal Malta kif ukoll fi zmien li gej ser nohorgu skema ohra dwar hlasijiet ghal permessi fi zvilupp ta` facilitajiet sportivi.
Related Posts
Call for Expression of Interest for Food Stalls
Open call for the running of food and drink stalls on Friday 7th September 2018 for European week of Sport 2018 taking place...
We were Inpulse and these were the ideals that we strived to uphold. In the end, it was the talented people and the unmatched...