Fl-1 ta’ Mejju, SportMalta organizzat Open Day fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq. F’din l-okkażżjoni kien hemm diversi attivitajiet sportivi għall-familja kollha, fosthom lezzjonijiet tal-għawm għal kull eta’, sessjonijiet taż-żfin għat-tfal, yoga, fitness u circuit training għall-adulti, tournament tal-isquash, maratona tal-għawm, tlielaq tal-għawm, tellieqa tat-triathlon, kompetizzjoni tal-isnooker, karate, canoe polo għal kull eta, kif ukoll capoeira.
Waħda mill-attivitajiet l-iżjed popolari ma’ dawk li attendew kienu t-tlielaq mit-tim nazzjonali tal-għawm kif ukoll xow spettakolari taż-żfin sinkronizzat mit-tim nazzjonali. Il-ġurnata ntemmet b’logħbiet tal-waterpolo fejn kienu nvoluti t-timijiet nazzjonali tal-irġiel, tal-kbar u ta’ taħt id-19-il sena kif ukoll it-tim nazzjonali tan-nisa ta’ taħt is-16-il sena. Atleti minn Special Olympics, li għadhom kemm kisbu suċċess f’Ċipru, pparteċipaw ukoll.
Il-partiċipazzjoni f’dawn l-attivitajiet kien kollha bla ħlas iżda min ta’ donazzjoni dawn marru għall-Marigold Foundation. L-Open Day saret bħala parti mill-kampanja NowWeMove, li ġiet imnedija iktar kmieni din il-ġimgħa, bl-għan li tiżdied l-attivita’ fiżika.
SportMalta jirringrazzja lill-pubbliku li attenda għal din l-attivita’.
Related Posts
Imniedi uffiċjalment l-ewwel Forum Nazzjonali tal-Isport f’pajjiżna
Minn għada l-familja sportiva nazzjonali ser ikollha iktar minn gimgħa ta’ diskussjoni dwar l-isport f’pajjiżna waqt serje ta’...
This was the European School Sports Day 2018
This was the European School Sports Day 2018